Fr Alex Borg OFMIllum fil-Quddiesa tad-9.30am, 8 tfal ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom u nawguraw lilhom u lill-familji tagħhom.

It-Tlieta: Fis-7.00pm laqgħa tal-O.F.S. dwar San Franġisk u l-Madonna. Fis-7.15pm tingħad it-talba tar-Rużarju fit-Triq S. Alfons/Salvatur. Jitkomplew t-tberik u ż-żjarjat tal-familji fi Triq Viani.

L-Erbgħa: Jitkomplew l-Erbgħat tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30pm Quddiesa bi ħsieb u waraBarka Sagramentali.

Il-Ħamis: Fil-5.00pm Adorazzjoni. Fis-6.30 pm Quddiesa u vestizzjoni ta’ membri ġodda fil-Konfraternita tal-Madonna. Wara ssir il-Lectio Divina.

Il-Ġimgħa: Fis-6.00pm Novena u Quddiesa Konċelebrata.

Is-Sibt : Festa Liturġika tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Fis-6.30pm Quddiesa Konċelebrata ta’ Corpus Domini u purċissjoni Ewkaristika li ser tgħaddi minn dawn it-toroq : S.Trofimu, S. Marija, Manwel Dimech, Frères u S. Trofimu. Inħeġġu lil kulhadd biex jieħu sehem f’din il-manifestazzjoni ta’ fidi.

Ngħarfukhom li kemm il-Gwardjan kif ukoll il-Kappillan ġew maħturin mill-Papa Ministri tal-Ħniena u għalhekk jistgħu jassolvu dnubiet riservati għal Papa.
………………………………….

MdinaNgħarfukhom li għalissa l-Kappella tal-Adorazzjoni ser tibqa’ magħluqa minħabba xi xogħol li qed isir.

Nhar it-Tnejn ser jibda r-restawr tal-kampnar tal-knisja.
………………………………….

Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li organizzaw u ħadu sehem fl-Isports’ Day tal-Parroċċa.
………………………………….

Attivitajiet tal-festa

Illum qed jsir sale fis-Sala Padova ta’ ħwejjeġ ġodda bejn t-8am u t-8pm. Kollox bl-irħis. Nhar il-Ġimgha

ser isir barbeque ġewwa l-bitħa tal-kunvent. Ħin 8.30pm u prezz €12, li jinkludi l-ikel, ix-xorb u l-inbid.

Tfal taħt t-12 sena b’xejn. Booking mingħand Brian Vigar.
………………………………….

proxyEmanuel Pace u Peter Paul Pellegrini Petit twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.