mothersIllum, fl-okkażjoni ta’ JUM L-OMM, il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-ommijiet kollha bil-familji tagħhom biex jattendu l-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am, li fihom ser isir talb speċjali għalihom. Nagħtu l-festa t-tajba lill-ommijiet kollha.

Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn : Fid-9.30am ser ssir il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Il-quddiesa tas-6.30pm ser tkun animata mill-membri tal-M.U.S.E.U.M. fl-okkażjoni tal-festa ta’ S. Ġorg Preca.

It-Tlieta: Fit-7.00pm, fil-laqgħa tal-O.F.S., ser jintwera power-point bis-suġġett : ‘L-Appostli meta sejjħilhom Kristu ma kienux qaddisin.’ Fis-7.15pm tingħad it-talba tar-Rużarju fit-Triq S.Trofimu/S.Gużepp. Jitkomplew t-tberik u ż-żjarjat tal-familji fi Triq Viani.

L-Erbgħa : Nibdew l-Erbgħat tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30pm Quddiesa bi ħsieb u wara Barka Sagramentali.

Il-Ġimgħa: Fis-7.00 pm fiċ-ċentru tal-M.U.S.E.U.M. ser issir laqgħa oħra għall-Ġenituri tat-tfal, li dalwaqt ser jgħamlu l-Ewwel Tqarbina.

Il-Ħadd li ġej: Fit-3.30pm ser issir l-Isports Day tal-Parroċċa fil-bitħa ta’ Villa Schinas, fi Triq Rudolfu. L-appikazzjonijiet, li jistgħu jinġabru minn ħdejn l-altar tal-Qalb ta’ Ġesu, jagħlqu llum. Kulhadd huwa mistieden.

Il-Ħadd li ġej (15 ta’ Mejju) il-Quddiesa tad-9.30am ser tkun animata mill-membri tal-Banda Sliema fl-okkażjoni ta’ Jum is-Soċjetà Banda Sliema.

Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Mejju, bħala Unità 10, ser nagħmlu l-pellegrinaġġ tal-Ġublew għas-Santwarju tal-Mellieha. Tluq fit-8.30am mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Simianas’ u Simlers’ Confectionery.

Dawk il-persuni li ħadu sehem fil-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza u għadhom ma ġabrux iċ-ċertifikati, jistgħu jgħamlu dan mill-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tiegħu.

Il-ġabra speċjali ta’ Mejju kienet €459.06. Grazzi hafna.

…………………………………………..

proxyCarmelo Micallef twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.