Nagħtu l-festa t-tajba lill-ħaddiema kollha. Jalla S. Ġuzepp ikompli jħariskom.
Illum fis-7.15pm ser jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.
It-Tlieta: Jitkomplew t-tberik u ż-żjarjat tal-familji fi Triq Viani.
L-Erbgħa: Il-Kummissjoni Anzjani tavża li fid-9.30am fiċ-Ċentru Parrokkjali ser issir taħdita minn Fr. Mark Sultana. Kulħadd jista’ jattendi.
Il-Ħamis: Fil-5.30pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina u fis-7.00pm Lectio Divina.
Il-Ġimgħa: L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni fis-7.00pm. Fl-istess ħin fiċ-ċentru tal-M.U.S.E.U.M., ser issir l-ewwel laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal li dalwaqt ser jgħamlu l-Ewwel Tqarbina.
Il-Ħadd li ġej niċċelebraw JUM L-OMM. Għalhekk il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-ommijiet kollha bil-familji tagħhom biex jattendu l-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am, li fihom ser isir talba speċjali għalihom.
Il-ġabra b’risq il-poplu tal-Ukranja kienet €600. Grazzi ħafna.
Ħarġu l-applikazzjonijiet għall-Isports Day li ser norganizzaw nhar l-14 ta’ Mejju fil-bitħa ta’ Villa Schinas, fi Triq Rudolfu.
……………………………..
Attivitajiet tal-festa
Bħalissa qed isir il-bazaar fis-Sala Padova bejn it-8am u t-8pm, li fih tistgħu ssibu ħafna affarijiet għal bejgħ.
Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm ġewwa s-Sala tal-Każin ser isir rally tal-festa u wara ikla bejn il-ħbieb għal prezz ta’ €12. Nħeġġu lil dawk kollha li jistgħu jagħtu daqqa t’id sabiex jattendu.
……………………………..
Anthony Zammit u Mary Imbroll twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments