It-Tnejn : Fis-6.30 pm ser jiltaqa’ l-kor parrokkjali.

It-Tlieta: Fis-6.00pm ser nibdew inżuru u nbierku l-parruċċani li

joqgħodu fi Triq Ganni Bencini.

L-Erbgħa: Fis-7.30 pm ser jibda l-Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru

Parrokkjali.

Fr Alex Borg OFMIl-Ħamis : Fis-7.00 p.m. ser issir taħdita minn Dun Hector Scerri dwar

“Il-Mixja għall-Għaqda tal-Knejjes Insara”, fiċ-Ċentru Titu Brandsma,

Triq Scicluna (fil-Parroċċa tal-Balluta).

Il-ġabra tal-Istrina b’risq il-knisja u l-kunvent laħqet is-somma sabiħa

ta’ €931.72. Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom.

Attivitajiet tal-festa

Ser isir bazaar ġewwa ċ-Ċentru Sant’Antnin bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd

24 ta’ Jannar bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ser ikun hemm ħafna affarijiet

għal bejgħ bi prezzijiet baxxi. Intant mal-bibien tal-Knisja ssibu qfief

sabiex min jixtieq joffri xi groceries jista’ jpoġġihom hemm.

Ser issir gita ġewwa l-bliet ta’ Berlin fil-Germanja u Krakova u

Varsavja ġewwa l-Polonja bejn id-19 u t-28 t’Awwissu. Min jixtieq

aktar dettalji jkellem lil Brian Vigar.

http://sacrocuorsliema.com/