Fr Alex Borg OFMMatul din il-ġimgħa ngħaqad mal-fraternita’ tagħna Fra Clive Camilleri O.F.M. Nitolbu għalih fil-mixja li issa qed jgħamel għad-Djakonat.

Illum (Il-Ħadd) Il-quddiesa tal-11.00 am se jsir fuq iz-zuntier bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u l-Banda Sliema. Wara se jsir it-tberik tal-annimali. Fis-1.00pm ikla tradizzjonali fil-bitħa tal-Każin.

Prezz €15.

It-Tnejn: Fid-9.30am laqgħa tal-Fratellanza tas-SS.mu Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

It-Tlieta: Fil-4.30pm se jinfetaħ il-booking tal-Quddies tas-sena 2017 ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Wara jkompli jsir fil-jiem u l-ħinijiet tal-istess Uffiċċju biss.

Il-Ħamis: Fil-5.30pm Adorazzjoni u wara Quddiesa.

Nhar is-17 t’Ottubru l-Provinċja tagħna se torganizza pellegrinaġġ għal Katidral tal-Imdina. Kulhadd huwa mistieden. Il-programm kollu qed jidher fin-noticeboard. Min jixtieq jiġi għandu jibbukja għand Simiana’s u Simler’s Confectionery.
……………………………

Il-ġabra speċjali t’ Ottubru kienet €620. Grazzi ħafna.
……………………………

Attivitajiet tal-festa

Mal-bibien tal-knisja hemm qfief sabiex jitpoġġew affarijiet ta’ groceries għal bazaar. Importanti li tpoġġu affarijiet ta’ groceries biss. Baqa’ l-aħħar 4 postijiet għal Ruma u Assisi.