Għażiż/a,
Il-Mulej jagħtik is-sliem! B’din it-tislima ta’ Missierna S. Franġisk t’Assisi xtaqt insellimlek, int li għoġbok tidħol fil-website tal-Parroċċa tagħna. Nixtieq ħafna li dan iż-żmien qaddis tal-Milied jgħinek ħafna tagħraf li Alla jħobbok b’imħabba tal-ġenn, tant li wasal biex jibgħat lil Ibnu Ġesù hawn fostna l-bnedmin. Int min int għandek tgħaraf li Alla jasal ukoll biex, fil-ħniena kbira tiegħu, jagħder u jaħfer in-nuqqasijiet kollha tiegħek. J’Alla dan il-Milied ikun għalik okkażjoni ta’ kuraġġ u li jtik kull qawwa biex taqsam ukoll il-ħniena Tiegħu ma’ ħutek il-bnedmin, l-aktar ma’ dawk li aktar għandhom bżonn l-għajnuna ta’ kull wieħed minna.
F’isem il-Fraternità Franġiskana u dik Parrokkjali nawguralek Milied ħieni u Sena Ġdida 2016 mimlija Paċi u Ġid. Xtaqt ukoll nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li qed jaħdmu fuq din il-website, li zġur ser isservi ta’ ġid għal kulħadd.
Il-paċi miegħek.
Patri Alex Borg o.f.m.
Kappillan
HELU BAMBIN: https://www.youtube.com/watch?v=6RA-Us7Oocg