- Nhar it-Tnejn jibdew il-laqgħat tal-Katekiżmu għall-bniet. Nhar il-Ħadd 13 ta’ Ottubru niċċelebraw JUM IT-TAGĦLIM NISRANI. Fil-Quddiesa tad-9.30am jingħata l-Mandat lill-Katekisti. It-tfal u l-ġenituri tagħhom huma mitluba jkun preżenti.
- Nhar it-Tnejn ukoll, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija issir il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Nhar it-Tlieta 8 ta’ Ottubru, jerġa’ jibda jiltaqgħa l-Grupp ‘Emmaws’ fiċ-Ċentru Sant’Antnin, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija.
- Is-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. qed tistieden lill-ġenituri li uliedhom ser jattendu għall-formazzjoni reliġjuża, għal żewġ laqgħat. L-ewwel laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu fis-sena 1,2,3,4 fil-klassijiet tal-M.U.S.E.U.M. ser issir il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru, bejn il-5.30pm u s-6.15pm. It-tieni laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu fis-sena 5, 6 u kbar ser issir it-Tnejn 14 ta’ Ottubru bejn is-7.00pm u it-7.45pm. Hija xewqa tal-membri tal-M.U.S.E.U.M. li jiltaqgħu maghkom ilkoll.
- Nhar il-Ħamis nibdew l-Adorazzjoni ta’ qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija. Il-ħin ikun fil-5.00pm. Il-Ġimgħa nibdew il-Lectio Divina minn wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija sat-7.45pm. Inħeġġukom ħafna biex tieħdu sehem.
- Infakkrukom fit-Tħabbira tal-Kelma b’talb għall-Fejqan li ser issir nhar il-Ħamis 10 ta’ Ottubru ġewwa s-Santwarju ta’ Santa Tereża, B’Kara. Il-ħin ikun mis-7.30pm sad-9.00pm. Mill-Ġimgħa 11 sal-Ħadd 13 ta’ Ottubru, ser issir il-Konferenza Annwali tal-Moviment Kariżmatiku. Inħeġġu ħafna lill-kulħadd, b’mod speċjali lill-dawk kollha, li aktar kmieni din is-sena għamlu l-Life In The Spirit Seminars u dawk li huma membri tal-Grupp Kariżmatiku Ġerasin sabiex jattendu. Għal aktar informazzjoni araw in-noticeboards tal-Knisja. Il-parroċċa ser tipprovdi t-trasport b’xejn għal dawk li jixtiequ jattendu. Min jixtieq jattendi javza’ lill-Tessie Spiteri jew lill-Anna Galdes sa nhar it-Tlieta filgħaxija waqt il-laqgħa tal-Grupp Ġerasin’ li ssir wara l-Quddiesa ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
- Għal darb’oħra l-Parroċċa qed tilqa’ applikazzjonijiet għall-koppji li jixtiequ jagħmlu l-Kors ta’ Kana ta’ qabel iż-Żwieġ. Dawn jikkonsistu f’għaxar laqgħat ta’ sagħtejn il-waħda. Il-laqgħat, li isiru fiċ-Ċentru Sant’Antnin fi Triq San Ġwann Battista, ser jibdew nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar, 2014. Il-ħin ikun dejjem fis-7.30pm.
- Nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru, sejrin nagħmlu l-ewwel fost numru ta’ attivitajiet għat-tfal, speċjalment għall-bniet fil-klassijiet tad-Duttrina. Niltaqgħu fit-3.00pm fuq iz-zuntier. Nimxu sa Bay Street fejn immorru nieħdu xi ħaġa mill-MacDonald’s. Niġu lura għas-6.00pm. Il-ġenituri jistgħu jiġu wkoll. Min jixtieq jiġi jkellem lill-Rita Mifsud jew lill-Tessie Spiteri.
- Attivita’ b’risq il-Festa. Fuq iz-zuntier bħalissa qed issir lotterija. Qed jinġabru wkoll l-affarijiet għall-Bazaar ta’ Novembru. Min jixtieq iġibilna xi affarijiet jista’ jċempel fuq in-numri tal-mobile li issibu fin-noticeboards.