1. Il-ġabra speċjali li għamilna b’risq il-Knisja fil-Quddies tas-Sibt 3 u l-Ħadd 4 ta’ Awwissu kienet ta’ €635.63. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.
  2. Is-Soċjeta’ Maltija tas-Salib Aħmar qed torganizza taħdita pubblika ġewwa l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, nhar il-ġimgħa 23 ta’ Awwissu dwar l-Ewwel Għajnuna u l-Anzjani. Il-ħin ikun fl-10.00am u kulħadd huwa mistieden, speċjalment l-anzjani. It-taħdita iddum siegħa b’kollox.
  3. F’dawn il-jiem, u fil-ġimgħat li ġejjin, żewġt abbatini mill-Parroċċa tagħna, Matthew Perret u David Chetcuti Dimech, qed jagħtu u sejrin jagħtu servizz liturġiku fil-Vatikan. Dan huwa unur għall-Parroċċa tagħna u għalhekk għandna nifirħulhom u nitolbu għalihom waqt li nħeġġu aktar subjien u bniet jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tagħna.
  4. Attivita’ b’risq il-Festa. Fuq iz-zuntier bħalissa qed isir il-bejgħ ta’ frott frisk u bajtar tax-xewk. Infakkrukom ukoll fil-ġurnata Għawdex li qed norganizzaw għal nhar is-Sibt 24 ta’ Awwissu għall-prezz ta’ €20 li jinkludi t-trasport minn tas-Sliema għaċ-Ċirkewwa kif wkoll t-trasport il-ħin kollu magħna ġewwa Għawdex, u l-ikla ta’ nofs inhar. Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-7.30am. Kif naslu Għawdex ikollna quddiesa ġewwa l-Knisja tagħna.