L-Epifanija tal-Mulej Gesu’

1. Ghal Festa ta’ Generozita’ b’risq id-Dar tal-Providenza: Il-Parrocca taghna offriet 2,700 Ewro. Grazzi tal-Generozita’.

2. F’isem il-Gwardjan nirringrazzja: Lil Kor tal-Kant u l-Voluntiera u nappellaw ghal iktar nies li joffru biex jaghtu dan is-servizz utli hafna fil-knisja taghna.

3. Il-Fratellanza tas-S.Smu Sagrament: Ghandhom il-laqgha nhar it-Tnejn 8 ta’ Jannar fid-9.30am fil-kunvent. Il-laqghat isiru kull xahar.

4. Laqgha tal-Ushers: Nhar l-Erbgha, 10 ta’ Jannar fis-6.45pm hdejn l-Ufficcju tal-Kappillan.

5. Live-in tal-Kappillani: Mit-Tlieta sal-Hamis ahna l-Kappillani nkunu s-Seminarju tal-Virtu’.

6. Nhar il-Hadd, 14 ta’ Jannar: 9.30am Jinghataw ic-Certifikati ta’ dawk li ghamlu l-Presepju fi djarhom u li ramaw it-twieqi ta’ djarhom. U jinghata Premju lil dak li l-gurija ghazlet bhala l-iktar Presepju originali li huwa ta’ Joseph Grixti.

7. Is-Sistema tat-Telefons tal-Kunvent u tal-Ufficcju Parrokkjali: Ilhom xhur twal bil-hsara u ghadna nistennew il-persuna nkarigata biex tistalla sistema gdida! Nirrikmanda biex meta jkollkom bzonn, iccempluli fuq il-mobile. Jew tigu personalment l-Ufficcju Parrokjali nhar ta’ Tnejn mill-5pm- 7pm jew l-Erbgha mid-9.30am- 11.30am.

8. Sena Gdida li fiha nkomplu bic-Celebrazzjoni tac-Centinarju bhala Parrocca:
Dan ix-xahar ser inwaqqaf Kunsill Pastorali Parrokkjali gdid. U fi Frar insejjah l-Assemblea Parrokkjali ghal kulhadd biex tkunu prezenti u taghtu s-suggerimenti.

9. Kummissjoni Festi tavza: Li qed jingabru affarijiet ghal bazaar li se jsir fl-ahhar weekend ta’ Jannar. Min ghandu xi affarijiet jista’ jcempel fuq in-numru li hemm fin-notice board jew ikellem lil Brian Vigar.

Il-Mulej Jaghtikom is-Sliem

 

Fr Paul Attard ofm
Kappillan – 7953 7719.