Illum (Il-Ħadd) fis-Seminarju tal-Virtu se jsir il-Ġublew tal-Familja mit-8.30 am sas-7.00pm. Se jkun hemm attivitajiet għal kulħadd. Aktar tagħrif qed jidher fin-noticeboard.
…………………..
Minn nhar it-Tnejn, il-Quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun fis-6.00 pm. Dan jgħodd mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
It-Tlieta u l-Erbgħa: Tajjeb li nieħdu sehem fil-Quddiesa. Il-Quddies jkun bħal dak ta’ fost il-ġimgħa. It-Tlieta : Se nibdew iż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu Triq San Ġaċintu.
L-Erbgħa: Fid-9.30am fiċ-Ċentru Parrokkjali l-Kummissjoni Anzjani qed tistieden lil kuħadd għal-taħdita mis-Sur Joe Fenech, membru tal-M.U.S.E.U.M.
Il-Ħamis: Filgħodu jitlaq il-pelegrinaġġ parrokkjali tal-Ġublew għal Ruma u Assisi. Fil-5.00pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina u fis-6.30pm Lectio Divina.
Il-Ġimgħa: L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni komunitarja wara l-Quddiesa tas-6.00pm.
…………………..
Il-ġabra tal-Missjoni laħqet is-somma ta’ €830. Grazzi ħafna.
…………………..
Illum (il-Ħadd) filgħodu ħdejn il-bieb tal-Knisja se jkun hawn voluntiera tal-Hospice Movement biex tkunu tistgħu tgħenuhom fil-ħidmiet tagħhom.
…………………..
Attivitajiet tal-festa
Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd qed jitella’ l-bazaar fis-Sala Padova bejn it-8.00am u t-8.00pm. Hemm ħafna affarijiet ġodda, fosthom affarijet ta’ stationery.
…………………..
Carmelo Darmanin twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments