10 – 7 – 2016

Fr Alex Borg OFMIl-Fraternita Franġiskana tirringrazzja mil-qalb lil kull wieħed u waħda minkom tal-presenza u l-għajnuna kbira li intom tagħtu matul il-jiem tal-festa. Jalla dak li sar, bil-grazzja t’ Alla, jkompli jsaħħaħ l-għaqda ta’ bejnietna.

Nerġgħu nfakkru lil kulħadd fir-rispett li għandna nġiebu fid-dar t’Alla (il-Knisja) bl-imġieba tagħna u bl-ilbies deċenti. Ilbies skullat u qasir mhumiex permessi.

Il-Ħamis : Wara l-Quddiesa tas-6.30 pm jkollna l-Lectio Divina.

Il-Ġimgħa: Id-Djakonija Tfal se torganizza ħarġa għat-tfal u l-ġenituri għad-Dar Frate Jacoba. Tluq fil-5.00 pm. Imbgħad fit-22 tax-xahar se tiġi organizzata ħarġa għal Għawdex. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard.

………………………………….
DSC02061Attivita b’ risq il-festa

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru se jiġi organizzat pellegrinaġġ għal Ruma u Assisi. Min hu interessat jista’ jkellem jew lil P. Gwardjan jew lil Brian Vigar.