Posts from November 2024

4 Items

FESTA TA’ KRISTU RE – HADD, 24 TA’ NOVEMBRU, 2024

by Administrator

1. Illum fuq iz-zuntier tal-Knisja qed isir ‘Cake Sale’ b’risq il-Life Network Foundation li toffri sapport lil nisa li qed jistennew tarbija mhux mistennija jew mixtieqa, minflok jabortixxuha. Bis-sapport tagħkom tgħinu biex tinfetaħ dar oħra għal każijiet simili. 2. It-Tnejn 25 ta` Novembru l-O.F.S. se jorganizzaw trasport mis-Savoy Bus Stop fl-4.30pm għall-Festa ta` Santa Elizabetta […]

IT-TLIETA U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 17 TA’ NOVEMBRU, 2024

by Administrator

1. Illum il-Ħadd, 11 il-tifel u tifla waslu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Grazzi lill-ġenituri u l-katekisti tagħhom li qdew dmirhom biex dawn it-tfal issa kkonfermati bi Kristjani Adulti fil-Knisja. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom. 2. It-Tnejn 18 ta` Novembru:  Fid-9.30am, laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.  Filgħaxija l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx.  L-Ushers ikollhom il-laqgħa […]

IT-TNEJN U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA’ NOVEMBRU, 2024

by Administrator

1. Illum il-Ħadd issir il-laqgħa Ġenerali għall-membri tal-Kummissjoni Festi mid-9.30am il-quddiem. Fiha jinqara r-Rapport Annwali u jiġi ffurmat il-Kumitat il-ġdid. Napprezzaw u nirringrazzjaw lill-Kummissjoni għall-ħidma kontinwa li twettaq is-sena kollha b’risq is-Santwarju w il-Kunvent, l-aktar fil-festi priċipali tal-Parroċċa. 2. Illum il-Ħadd se niċċelebraw il-Festa ta` San Martin għat-tfal fil-Quddiesa tad-9.30am. San Martin iqassam il-Borża tradizzjonali […]

IL-WIEHED U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 3 TA’ NOVEMBRU, 2024

by Administrator

1. It-Tnejn 4 ta` Novembru ma jkunx hawn Katekiżmu għat-tfal tal-ewwel, it-tieni u t-tielet Sena. 2. Matul ix-xahar ta` Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-Quddiesa tas-6.30pm, nitolbu għall-mejtin li ktibtu. 3. It-Tlieta 5 ta` Novembru, ssir il-laqgħa tal-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.30pm minn P.Julian Sammut O.F.M. Kulħadd mistieden. 4. It-Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa inkomplu biż-żjajjar […]