Posts from October 2024

4 Items

IT-TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 27 TA’ OTTUBRU, 2024

by Administrator

1. Niġbdu l-attenzjoni ta` kulħadd, li l-Quddiesa ta` filgħaxija, se tibqa` fis-6.30pm avolja qlibna għall-ħin tax-xitwa, sabiex isir it-tindif tal-Knisja wara x-xogħol taż-żebgħa. Napprezzaw il-koperazzjoni u l-għajnuna ta` min qed jiġi jnaddaf. 2. It-Tlieta 29 t` Ottubru wara l-Quddiesa tas-6.30pm, jiltaqgħu l-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali għal kelmtejn mill-Kappillan. Kulħadd mistieden għal dawn il-laqgħat. 3. L-Erbgħa […]

ID-DISA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 20 TA’ OTTUBRU, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 22 t’Ottubru, wara l-Quddiesa tas-6.30pm, jiltaqgħu l-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, jitkellem Tony Mahoney, “Alla ħalaq kollox f’armonija perfetta.” Kulħadd mistieden. 2. Il-Ħamis 24 t’Ottubru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa, fis-7.00pm il-Lectio Divina. 3. Il-Ġimgħa 25 t’Ottubru fis-7.00pm, fil-Knisja ssir laqgħa ta` tħejjija għall-ġenituri u parrini tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof, fis-17 ta` […]

IT-TMIENJA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 13 TA’ OTTUBRU, 2024

by Administrator

1. It-Tnejn 14 t` Ottubru, Laqgħa għall-Fratelli tas-Sagrament fid-9.30am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fis-7.00pm, Laqgħa tal-Ushers. 2. It-Tlieta 15 t` Ottubru, il-Grupp Padre Pio jiltaqa` fl-4.30pm fil-Knisja ta` Stella Maris. Il-membri tal-O.F.S., jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Pauline Darmanin twassal ir-riflessjoni”Nitlob jew Nittallab?” Kulħadd huwa mistieden. 3. Il-Ħamis 17 t` Ottubru fis-6.00pm l-Adorazzjoni u […]

FESTA TA’ SAN FRANGISK – IL-HADD, 6 TA’ OTTUBRU, 2024

by Administrator

1. Illum qed niċċelebraw lil San Franġisk. Il-Quddiesa tat-tfal, fid-9.15am. Fl-10.00am il-Manifestazzjoni bl-istatwa ta` San Franġisk bis-sehem tal-Banda Sliema. Kull min se jġib l-annimali għat-tberik jimxi fil-manifestazzjoni. Se jsiru tlett waqfiet għat-teatru fit-triq dwar il-ħajja ta` San Franġisk. Wara l-Quddiesa tal-11.00am isir it-tberik tal-annimali fuq iz-zuntier. 2. It-Tnejn 7 t’ Ottubru, Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Jum […]