Posts from November 2021

8 Items

Il-Kuxjenza u l-Verità Morali għandhom imorru id f’id. – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Il-Kuxjenza u l-Verità Morali għandhom imorru id f’id. Il-Knisja Kattolika minn dejjem tgħallem fuq il-Verità.  Ġesù ġie mistoqsi minn Pilatu “U l-verità x’inhi?”(Gw: 18:38)  Din il-mistoqsija għada sfida għall-bniedem ta’ llum li għandu bżonn gwida ċara fuq x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin fejn tidħol moralità u Fidi. Il-Kardinal […]

L-EWWEL HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 28 TA’ NOVEMBRU, 2021

by Administrator

Titbierek il-Girlanda tal-Avvent. 1. Il-Ħadd 28 ta’ Novembru : 11.00am Quddiesa bil-parteċipazzjoni ta’ Koppji li qed jiċċelebraw l-Anniversarji miż-Żwieġ tagħhom li kienu jattendu ċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna snin ilu. 2. It-Tlieta 30 ta’ Novembru : Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja tagħna. 6.00pm Quddiesa li fiha jiġu Inċensati is-Slaleb tal-Konsagrazzjoni. 6.30pm L-OFS jorganizza Taħdita qasira pubblika fis-Santwarju minn […]

Min huma l- Qaddisin? – Joe Debono ofs

by Administrator

Huti Frangiskani. Illum rega’ jmiss lili sabiex nikteb xi haga zghira u nwassalha lilkom f’ dawn il-messaggi ta’ nhar ta’ Tlieta. Dhalna gmielna fix-xahar ta’ Novembru anzi wasalna fl-ahhar u ghalhekk hassejt li naqsam maghkom zewg hsibijiet li ghaddew minn mohhi matul dan iz-zmien. Dan ix-xahar lili jfakkarni fil-Qaddisin kollha., solennita li tigi iccelebrata appuntu […]

L-ERBA’ U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 21 TA’ NOVEMBRU, 2021

by Administrator

Sidna Ġesu’ Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu. 1. Il-Ħadd 21 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Re fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. 5.00pm Salmi tal-Għasar u Quddiesa mill-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna. 2. Dan il-weekend : Iż-Żgħażagħ tagħna flimkien mall-Kandidati tal-Griżma tal-Isqof kellhom iħassru l-‘Bake Sale’ minħabba sitwazzjoni li ma kellhomx kontroll fuqha. Dan se […]

KIf Jahsibha Alla fuq il-hazen tallum – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez huti fi Kristu u San Frangisk, Laqtitni din ir-riflessjoni li torbot mal-Vangelu ta’ San Luqa, Kap VI, 1-5, meta l-Farizej tkazaw bid-dixxipli ta’ Gesu ghax bdew jaqtghu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh.  Dan ghaliex kien is-Sibt u allura, skond il-Farizej, dak li kienu qed jaghmlu d-dixxipli kien dnub  ghax ma kienx jiswa f’dan il-jum.  […]

IT-TLIETA U TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 14 TA’ NOVEMBRU, 2021

by Administrator

NIĊĊELEBRAW IS-SAGRAMENT TAL-GRIŻMA TAL-ISQOF 1. Il-Ħadd 14 ta’ Novembru : 9.30am Jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 9 Żgħażagħ. Dawn huma : Paul Cassar, Amy Ferris, Jenna Mallia De Leonardo, Dylan Oliver, Lily Pillow, Matthias Polidano, Alessandro Schembri, Leeroy Vella Zammit, Mathias Zarb Cousin. 2. It-Tlieta 16 ta’ Novembru : 6.00pm Festa ta’ Sta Elizabetta, […]

Komunita’ maghquda mal-Papa – Mariella Spiteri-Gonzi ofs

by Administrator

Illum, 9 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma. Fil-faċċata nsibu l-iskrizzjoni li tgħid: “L-omm u l-Padruna tal-Knejjes kollha ta’ Ruma u fid-dinja”. Din il-bażilika hija importanti għalina Kristjani għal żewġ raġunijiet. San Ġwann Lateran hija mimlija storja kristjana bikrija. Per eżempju, l-Artal tal-injam li fuqu San Pietru ċċelebra quddiesa waqt […]

Tifkira tal-Mejtin kollha – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Illum, it-2 ta’ Novembru, il-Knisja tikkommemora il-Mejtin Kollha.  F’dan il-jum il-Knisja fuq din l-art titlob għall-Knisja fil-Purgatorju, bit-tama li ssir Knisja Waħda fil-Ġenna. Illum il-Kattoliċi jiftakru fl-erwieħ ta’ dawk l-imgħammdin li mietu, imma li għadhom mhumiex jgħixu fil-preżenza t’Alla fil-Ġenna.  Il-Knisja Kattolika tgħallimna li dawn l-erwieħ, li għandhom […]