Posts from February 2016

3140 of 56 items

L-Ewwel Ħadd tar-Randan (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Luqa (4:1-13) minn Dun Pawl Camilleri.

by Administrator

L-Ewwel Ħadd tar-Randan (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Luqa (4:1-13) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel – Parrocca Iklin Malta. F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab

Jiena nemmen … F’ĠESÙ KRISTU SIDNA … li sar bniedem għalina bnedmin u għall-fidwa tagħna.

by Administrator

Fl-Ewwel Ittra tiegħu, San Ġwann jgħidilna li Alla huwa mħabba (1 Ġw 4, 8.16) … u jkompli jgħidilna li din l-imħabba ma kinetx murija lilna bi kliem fieragħ iżda b’mod mill-aktar konkret, li nistgħu mmissuh b’idejna. Hekk San Ġwann ikompli jgħidilna: “B’dan dehret l-imħabba ta’ Alla fina, għax Alla bagħat lil Ibnu l-waħdieni fid-dinja, biex […]

Jiena nemmen f’Alla … IL-MISSIER … li minnu tieħu isimha kull familja fis-sema u fl-art.

by Administrator

Għall-okkażjoni tas-sena tal-Fidi (2012-2013), ma kienx biss il-Papa Benedittu li kitbilna Ittra Appostolika li permezz tagħha ħeġġiġna biex niskopru mill-ġdid u ngħixu b’ħeġġa akbar u b’entużjażmu l-fidi li nistqarru; anke l-Isqfijiet tagħna kitbulna Ittra Pastorali u f’din l-Ittra, huma stednuna biex neżaminaw l-istat tal-Fidi tagħna … naraw f’hiex aħna fl-għixien tal-Fidi li nistqarru. Huma qalulna: […]

FAMILJAKANA

by Administrator

Fil-11 t’Ottubru 2012 Bdiet is-sena tal-fidi mnedija mill-Papa Benedittu XVI bil-ħsieb li aħna l-insara nsiru aktar konxji mill-fatt li permezz tal-magħmudija tagħna aħna dħalna mill-bieb tal-fidi biex sirna membri tal-familja t’Alla li hija l-Knisja u mbarkajna fuq vjaġġ li jdum ħajjitna kollha u li għandu jwassalna biex ngħixu f’għaqda ma’ Alla Mħabba, liema vjaġġ għandu […]

Festa tal-Madonna ta’ Lourdes – Trasport ghall-anzjani

by Administrator

Nhar il-Hamis, 11 ta’ Frar, fl-okkazzjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes, il-Quddiesa tad-disgha ser tkun iddedikata lill-Anzjani. Ikun amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal morda. Jekk xi hadd jixtieq ikollu t-trasport icempel fuq wiehed minn dawn in-numri; Vivienne Mahoney 21313527 – 79054680 Lina Tonna 21339196 – 99844177 Alla l-Missier baghat lil Ibnu stess, Gesù Kristu, biex jifdi ’l-bniedem. […]

Healing Prayer by Saint Padre Pio

by Administrator

Healing Prayer Lord Jesus, through the power of the Holy Spirit, go back into my memory as I sleep. Every hurt that has ever been done to me, heal that hurt. Every hurt that I have ever caused another person, heal that hurt. All the relationships that have been damaged in my whole life that […]