Fejn hemm il-qalb, imorru r-riglejn !!

1. Il-Kappillan jirringrazzja lil kullhadd tas-support f’dan iz-zmien li l-mama’ tinsab l-isptar : Xi hadd mill-Vicijiet ikun fl-Ufficcju Parrokkjali fl-assenza tieghu.
Grazzi wkoll lil lajci li qed jaghtu l-ghajnuna fl-Ufficcju. Il-Kappillan jista’ jigi kkuntattjat b’sms jew email, ecc.

2. Celebrazzjonijiet f’gheluq il-100 Sena mit-Twaqqif tal-Parrocca u l-Inkurunazzjoni. Napprezzaw kull kontribuzzjoni ghall-ispejjez. Fil-fond s’issa ngabbru 4,285.00 Ewro. Nirringrazzjaw lil kull min qed jikkontribwixxi ghal dan il-ghan.

3. Il-Kandidati li f’Novembru ser jircievu l-Grizma tal-Isqof : Qed issirilhom is-sejha biex jissiehbu mal-Pre-Teens.  Antoinette Laferla ser taghtihom il-lezzjonijiet ta’ preparazzjonijiet nhar ta’ Erbgha mill-5.00pm sas-6.30pm. Jigi organizzat ukoll Irtir ta’ nofs ta’ nhar ghalihom l-ahhar Hadd ta’ Ottubru. Ikunu prezenti wkoll il-membri kollha tal-pre-teens. Il-pre-teens jiehdu hsieb ukoll fl-organizzazzjoni tal-Quddiesa tal-Grizma tal-Isqof. Grazzi lil Peter Gatt u lil Antoinette Laferla.

4. Il-Kummissjoni Festi tavza:
a. Li ser isir BBQ fil-bitha tal-Kunvent nhar il-Gimgha, 31 ta’ Awwissu.
B’risq icCelebrazzjonijiet tac-Centinarju u l-Inkurunazzjoni. Prezz €12 li jinkludi l-ikel u xorb.
b. Bingo kull nhar t’Erbgha fil-bitha tal-kazin fis-7.30pm b’risq il-festa u r-restawr tal-ventartali tal-knisja.
c. Fl-okkazzjoni tal-100 sena u l-Inkurunazzjoni ser jinhargu Sett Bolol u 2 first day covers bit-timbru mill-posta nhar id-29 ta’ Settembru. Kif ukoll par lapel pin badges.
Informazzjoni fuq in-notice board.
5. Fil-Parrocca u mall-karozzi qed jitqassmu Flyers bit-Titlu: “Ghalliema Specjali fix-Xjenzi Xjentifici “ (Professur Baindou). Il-Knisja ma temminx fit-Twemmin ta’ din il-persuna. Barra minn hekk, l-anqas it-traduzzjoni mill-Ingliz ghall-Malti ma’ tagmmel sens!!

Il-Mulej Jag]tikom is-Sliem

 

Fr Paul Attard ofm
Kappillan

Mob- 7953 7719