Fr Alex Borg OFMIllum, Ħadd il-Palm. Fid-9.15am lkoll niltaqgħu ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali biex nieħdu sehem fit-tberik taż-żebbuġ u wara korteo sal-knisja. Fid-9.30am Quddiesa animata mit-tfal.

It-Tnejn : Fis-6.00pm ċelebrazzjoni tal-Qrar għat-tfal u fis-6.30 pm Quddiesa, li fiha t-tfal se jfakkru l-Aħħar Ċena. Lit-tfal kollha se tingħata tifkira.

It-Tlieta: Fis-6.30pm Quddiesa u wara purċissjoni bir-Redentur, li fiha ser nitolbu l-Via Sagra u ngħaddu minn dawn it-toroq : S.Trofimu, Rudolf, S. Alfons, Falzon, S.Elena, N.Isouard, S. Gwann Battista, S. Trofimu. Nħeġġu lir-residenti biex jdawwlu l-gallerji.

L-Erbgħa: Fid-9.00am ħarġa tal-anzjani. Fis-6.30pm Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Qrar. Dak in-nhar fis-7.30pm Mons. Arċisqof se jmexxi Via Sagra Nazzjonali f’San Blas, Ħaż-Żebbuġ.

Fi tlett jiem li ġejjin fit-8.00am nitolbu flimkien is-Salmi.

Ħamis ix-Xirka: Fis-6.30pm Quddiesa konċelebrata. Fl-10.00pm RIFLESSJONI mmexxija mill-membri tal-Ordni Franġiskan Sekular.

Ġimgħa l-Kbira: Jum ta’ Sawm u Astinenza. Fit-8.45am ħarġa kulturali fir-Rabat. Biljetti mingħand Brian Vigar. Fis-2.15pm Via Sagra animata mill-Abbatini u fit-3.00pm ċelebrazzjoni.

Sibt il-Għid: Fit-8.00pm Vġili Solenni tal-Għid bil-Magħmudija.

Importanti ħafna li ma nħallux għall-aħħar għall-Qrar.

Ħdejn il-bibien tal-knisja tistgħu tiġbru l-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa. Innutaw speċjalment il-ħinijiet tal-funzjonijiet. Ħdejn il-pulptu hemm kaxxa tal-ġbir għan-nies fil-bżonn.
………………..
Pra & FastIl-ġabra għad-Dar tal-Providenza miġbura waqt il-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza laħqet is-somma sabiħa ta’ €2,715. Grazzi mill-qalb lill-parteċipanti u d-donaturi kollha, f’isem l-anġli tad-Dar tal-Providenza.
………………..
Attivitajiet tal-festa

Illum fuq iz-zuntier qed ikun hemm għal bejgħ qagħaq u figolli. Nhar il-Ħamis quddiem il-knisja ser tintxgħel bix-xegħmat. Min jrid joffri xi xema’ jkellem lil Brian Vigar. Fil-Każin tal-Banda bħalissa hemm wirja sagra

interessanti. Araw il-programm sħiħ fin-noticeboard.
………………..

proxyMaria C. Fenech twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.