- Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament se torganizza Pellegrinaġġ għaċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata fejn ikollna Quddiesa fil-Kappella fl-10.00am u jkollna ħin biex inżuru l-oqbra. Tluq fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Alfred Simler u Lily Abdilla.
- Nhar il-Ħamis, 21 ta’ Novembru ser issir viżta għal San Vinċenz de Paule. Tluq mis-Savoy bus stop fid-9.30am.
- Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru, 2013, ġewwa il-Knisja wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija, issir l-Assemblea Parrokkjali. Inħeġġukom ħafna tkunu preżenti. It-tema hija waħda ferm importanti dwar il-pastorali taż-żwieġ u l-familja fil-parroċċa tagħna. Sat-8.00pm għandna nkunu lesti.
- Il-Caritas Malta flimkien mal-Caritas International, fetħet kont bankarju fejn min irid iun jista’ jagħmel xi donazzjoni biex ngħinu lill-dawk ħutna li tilfu kollox kawża tal-uragan Haiyan li laqgħat il-Filippini. Fin-notice board tal-Knisja issibu aktar informazzjoni dwar dan.
- Bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta’ Kristu Re, nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru fis-7.00pm fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Ħ‘Attard ser ikun hemm attivita’ għaż-Żgħażagħ li għaliha jkun hemm preżenti Mons. Arċisqof. Is-Sibt 23 ta’ Novembru fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan fl-4.30pm ser issir Quddiesa għat-tfal organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal u li għaliha wkoll ikun preżenti Mons. Arċisqof. Nhar il-Ħadd imbagħad, ġewwa l-knisja arċipretali tal-Mosta fl-4.30pm, ser issir iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa ta’ Kristu Re, immexxija wkoll minn Mons. Arċisqof.
- Attivita’ b’risq il-Festa. Nfakkrukom fil-Bazaar li ser isir isir ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali Sant Antnin mill-Ġimgħa 22 sal-Ħadd 24 ta’ Novembru, 2013, bejn 8.00am u t-8.00pm. Ikun hemm ħafna affarijiet għal bejgħ bi prezzijiet irħas.
- Dawk il-helpers li jqassmu l-envelopes fit-toroq rispettivi tagħhom għandhom isibu fis-sagristija l-envelopes tal-ġbir tal-Kalendarju għas-sena 2014. Ġentilment nitolbu l-helpers sabiex iqassmu dawn l-envelopes matul din il-ġimgħa biex fil-ġimgħa ta’ wara jibda’ jitqassam il-Kalendarju tas-Sena l-Ġdida. Grazzi mill-qalb tal-għajnuna u l-ko-operazzjoni tagħkom. Hemm xi toroq fejn ma hemmx min iqassam l-envelopes. Napprezzaw ħafna jekk ikun hemm min joffri l-għajnuna tiegħu.
- L-Għaqda Żgħażagħ tal-Każin tal-Banda Sliema qed torganizza five-aside football tournament, nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru, ġewwa l-football ground tas-Sliema