- Nhar it-Tnejn tibda’ n-Novena tal-Milied tat-tfal. It-tfal se janimaw il-Quddiesa ta’ nhar it-Tnejn u ta’ nhar il-Ġimgħa, filwaqt li fil-jiem l-oħra se jsiru laqgħat fil-M.U.S.E.U.M. fil-5.30pm. It-tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġin li jattendu.
- Matul din il-ġimgħa tan-Novena tal-Milied, fil-Quddiesa tas-6.00pm nagħmlu flimkien it-talba tal-Għasar, ikollna ħsieb qasir u wara l-Quddiesa tingħatha l-Barka Sagramentali. Matul in-Novena l-Adorazzjoni ta’ nhar ta’ Ħamis u l-Lectio Divina ma jsirux.
- Fil-Kappellun tal-Madonna tal-Karmnu issibu crackers tal-Milied. Min irid jista’ jieħu cracker u jagħmel xirja tal-lista ta’ oġġetti tal-ikel li jkun hemm fiha, biex dawn wara jingħataw lill-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna.
- Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani se torganizza ħarġa, din id-darba l-ikla tal-Milied. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kummissjoni. Tluq fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop. Waqt li nhar il-Ħamis 19 ta’ Diċembru ser issir viżta għal San Vinċenz De Paule. Tluq mis-Savoy Bus Stop fid-9.30am.
- Nhar il-Ġimgħa 20, ta’ Diċembru, fis-7.00pm, il-Komunita’ Franġiskana flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta’ Filarmonika Sliema, ser ittellgħa Kunċert Vokali u Strumentali tal-Milied taħt id-direzzjoni tas-Surmast Lesley Tabone, Maestro di Cappella tal-Knisja tagħna u Assistent Surmast tal-Banda Cittadina Sliema. Inħeġġukom ħafna tkunu preżenti għal dan il-kunċert li jkompli jdaħħalna fl-ispirtu tal-Milied.
- Attivita’ b’risq il-Festa. Infakkrukom li nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru fis-Sala tal-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema ser isir il-Party tal-Milied għat-tfal bejn il-5.30pm u s-7.30pm. Il-prezz ta’ €10 ikun jinkludi l-ikel, l-entertainment kif ukoll rigali mqassmin minn Father Christmas, għat-tfal kollha. Biljetti mingħand Brian Vigar jew mill-bar tal-Każin.
- Il-Kalendarju tas-Sena 2014 issa tqassam. Min għad baqa’ li jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu, jista’ jagħmel dan billi jġib l-offerta tiegħu u jitfaħħa fil-qoffa tal-ġbir jew jagħtiha lill-Kappillan.