It-Tnejn: Solennita’ ta’ Marija Assunta – Padruna ta’ Malta.
Hija Festa Kmandata u għalhekk il-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd.
L-Erbgħa : Fis- 7.00 pm iltaqa’ l-Kor Parrokkjali.
Il-Ħamis: Fis-7.00 pm Lectio Divina għal kulħadd.
Il-Ġimgħa: Id-Djakonija Tfal se torganizza jum ġewwa Popeye’ s Village għat-tfal u l-ġenituri. Booking sallum.
*** Nhar l-Erbgħa aħna, l-Kappillani tal-Unita 10, ħriġna stqarrija dwar id-degradazzjoni ta’ Tas-Sliema. Tista’ tinqara fin-noticeboard.
……………………………..
Il-ġabra speċjali t’ Awwissu kienet ta’ €539.94 Grazzi ħafna.
……………………………..
Attivitajiet b’risq il-festa
Nhar it-Tlieta ser ssir ħarġa għal Għawdex, fost l-oħrajn se jkollna quddiesa f’Ta’ Pinu.
Nhar it-3 ta’ Settembru ser jsir Kids water game party ġewwa l-ground ta’ Villa Schinas. Biljetti €10.
Baqa’ l-aħħar 15-il post għal gita ta’ Ruma u Assisi.
Dettalji minn fuq in-notice board u mingħand Brian Vigar.
0 Comments