Illum il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-koppji miżżewġin u għarajjes għall-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am biex flimkien niċċelebraw l-festa tal-Imħabba.
It-Tnejn: Fid-9.30am jibdew l-ewwel kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd minn P. Anton Briffa O.F.M. Cap. Fil-5.15pm ser ssir Quddiesa għat-Tfal u l-Ġenituri fiċ-ċentru tal-M.U.S.E.U.M. Għalhekk l-Uffiċċju Parrokjali ser jiftaħ fis-6.15pm.
It-Tlieta: Fis-6.30pm jitkomplew it-tberik u ż-żjarat fi Triq Ġ. Bencini. Fis-6.30pm, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, l-Ordni Franġiskan Sekular ser jorganizza vejla ta’ talb u kant b’suġġett marbut mar-Randan. Kulhadd huwa mistieden.
Il-Ħamis: Żjara lir-residenti ta’ S. Vincenz. Tluq bil-private fid-9.30am minn ħdejn is-Savoy bus terminus.
Il-Ġimgħa: Bejn it-8.00am u d-9.00am u bejn il-5.00pm u s-6.00pm, ser ikun hawn fostna żewġ konfessuri mill-parroċċi viċini disponibbli għas-Sagrament tal-Qrar. Nieħdu din l-okkażjoni biex nersqu għall-Qrar.
Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Frar filgħodu ser nagħmlu pellegrinaġġ tal-Gublew għall-Isla. Biljetti jinkisbu minn Simianas’ Confectionery u Simlers’ Confectionery.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin ser noffru t-talb u l-ġabra b’risq is-Seminarju.
Il-ġabra speċjali tax-xahar kienet ta’ €625. Grazzi ħafna.
Ir-Reġistrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza hija miftuħa kuljum wara l-aħħar quddiesa ta’ filgħaxija fis-Sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali. Inħeġġu lil kulħadd biex jipparteċipa biex Ġesù u Ommu Marija jixħtu ħafna barkiet fuq il-Parroċċa tagħna.
Janette Vassallo u Stephen Frendo twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
………..
Fin-noticeboard hemm il-programm tal-gita għall-Ġermanja u l-Polonja. Aktar dettalji mingħand Brian Vigar.
0 Comments