1. Bdejna nieħdu l-booking tal-Quddies għas-sena d-dieħla. Min jixtieq jibbukkja jista’ jiġi jagħmel dan fl-uffiċċju parrokkjali nhar ta’ Tnejn bejn il-5.00pm u s-7.00pm jew l-Erbgħa bejn d-9.30am u l-11.00am. Tħallux għall-aħħar biex ma tkunux diżappuntati.
  2. Nhar il-Ħamis 17 ta’ Ottubru l-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani ser torganizza ħarġa għall-San Vinċenz De Paule. Tluq mis-Savoy Bus Stop fid-9.30am. Min jixtieq jiġi jkellem lill-membri tal-Kumssjoni.
  3. Il-Parroċċa ser torganizza laqgħat għal dawk it-tfal li ġa jagħmluha ta’ letturi u animaturi kif wkoll għal dawk li jixtiequ jibdew jagħtu dan is-servizz fil-parroċċa tagħna. Napprezzaw li għallinqas wieħed mill-ġenituri jattendi għal dawn iż-żewġ laqgħat li ser isiru nhar il-Ġimgha 18 u 25 ta’ Ottubru 2013, bejn is-6.30pm u s-7.15pm, fiċ-Ċentru Sant Antnin. Laqgħa oħra fejn ikun hemm provi tal-qari tiġi deċiża aktar il-quddiem. It-tfal biss li jattendu għal dawn il-laqgħat ikunu jistgħu jagħtu dan is-servizz fil-quddiesa tad-9.30am tal-Ħadd u ġranet oħra meta jkunu jistgħu jattendu.
  4. Nhar it-Tnejn 21 ta’ Ottubru ser nagħmlu Ħarġa Kulturali mmexxija mis-Sur John Sare’. Sejrin inżuru il-Mużew ta’ Wignacourt ġewwa r-Rabat. Nitilqu fid-9.00am mis-Savoy Bus Stop. Ikollna Quddiesa fl-9.45am fil-Knisja ta’ Ġieżu r-Rabat, u wara nżuru l-Mużew u nieħdu xi ħaġa hemmhekk ukoll. Lura bħas-soltu sas-1.00pm. Il-prezz tad-dħul fil-Mużew u tal-isnack huwa ta’ €9. Il-parroċċa bħas-soltu tipprovdi t-trasport b’xejn. Il-booking jagħlaq nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru f’nofs inhar. Min jixtieq jiġi jkellem lill-Alfred Simler, Lily Abdilla jew John Sare’.
  5. Nhar it-Tlieta 22 ta’ Ottubru ser issir l-ewwel laqgħa għal din is-sena tal-grupp ta’ talb ta’ San Piju, fil-Parroċċa ta’ Stella Maris.
  6. Nhar il-Ħadd li ġej l-Unita’ Pastorali tal-Parroċċi ta’ tas-Sliema u l-Balluta qed torganizza pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima. Il-pellegrinaġġ jibda’ b’Quddiesa fis-6.30pm fil-Knisja Madonna tal-Karmnu, Balluta u jintemm fil-Knisja ta’ San Girgor. Inħeġġukom ħafna sabiex tieħdu sehem.
  7. Nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru, sejrin nagħmlu l-ewwel fost numru ta’ attivitajiet għat-tfal, speċjalment għall-bniet fil-klassijiet tad-Duttrina. Niltaqgħu fit-3.00pm fuq iz-zuntier. Nimxu sa Bay Street fejn immorru nieħdu xi ħaġa mill-MacDonald’s. Niġu lura għas-6.00pm. Il-ġenituri jistgħu jiġu wkoll. Min jixtieq jiġi jista’ jiġbor formola mis-sagristija u jgħaddiha lill-Rita Mifsud jew lill-Tessie Spiteri jew lill-Kappillan sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru.
  8. Nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru bejn it-8.30am u is-1.00pm fi Pjazza Sir Adrian Dingli ser ikun hem mil-Mobile Van tal-Bank tad-Demm. Kull min għandu bejn it-18 u t-63 sena u jinsab f’saħħtu u jixtieq jagħti d-demm, jista’ jagħmel dan billi jieħu miegħu jew l-I.D. Card, jew il-passaport jew il-liċenzja tas-sewqan. Għal aktar informazzjoni araw il-poster li hemm fin-noticeboards tal-Knisja.
  9. Attivita’ b’risq il-Festa. Nhar il-Ħadd li ġej 20 ta’ Ottubru, bejn id-9.00am u nofs inhar ser isir il-ġbir mill-membri tal-Kummissjoni Festi, għall-pavaljuni ġodda fi Triq Tonna u Triq Viani u Triq Ġuże’ Ellul Mercer. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-ġenerożita’ tagħkom.
  10. Qed nfittxu xi ritratti antiki tal-ħajja soċjali fil-parroċċa għal kalendarju 2014! Eżempju nixtiequ xi ritratti tal-monti li kien jintrama fejn il-knisja, xi ħwienet antiki, xi ritratti fejn l-għassa jew ix-xatt il-parti tal-parroċċa, tfal jilgħabu f’xi triq, tieġ antik fil-parroċċa taghna etc.Infakkrukom ukoll li qed jinġabru l-affarijiet għall-Bazaar ta’ Novembru. Tistgħu ċċemplu fuq n-numru li hemm fin-notice boards u nkunu nistgħu niġu għalihom wkoll.