FESTA TA’ MISSIERNA SAN FRANĠISK T’ASSISI

1. Il-Ġabra Speċjali tal-ġimgħa l-oħra : Kienet €528.99. Nirringrazzjawkom.

2. Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru : 11.00am Quddiesa quddiem il-Knisja bis-sehem tal-Banda Sliema u l-Kor Sacro Cuor. 11.45am Tberik tal-Annimali.

3. It-Tnejn 14 ta’ Ottubru : 9.30am Laqgħa tal-Fratellanza tas-S.smu Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

4. It-Tlieta 15 ta’ Ottubru : 10.00am Tombla fil-Kunvent b’risq il-Kunvent. Prezz €12 li jinkludi logħob tal-Bingo u Ikel.

5.00pm Jiltaqa’ l-Grupp ta’ Talb San Piju tal-Pjagi fil-Kappella quddiem Stella Maris.

7.00pm L-OFS jiltaqa’ fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Jitkellem Joe Gatt fuq: “Missierna San Franġisk”.

5. Din il-ġimgħa, il-Kappillan se jkun Palermo : Se jerġa’ jagħmel ħidma mal-‘Homeless’ ta’ Fratello Biagio Conte. F’każ ta’ urġenza kellmu lil Gwardjan.

6. Il-Provinċja Franġiskana : Qed torganizza Kors ta’ 4 Sessjonijiet bla ħlas dwar kif wieħed jista’ jaħdem l-art u jkabbar l-ikel b’metodi sostenibbli u fl-istess waqt itejjeb il-kwalita’ ta’ ħajja li qed ngħixu. Flyers huma fin-Notice Board.

7. Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru : Ġurnata Missjunarja. Issibu l-Envelopes għad-donazzjonijiet li jmorru għall-ħidma tal-Missjunarji biex jibnu knejjes u skejjel, jikkuraw pazjenti, jilqgħu tfal u familji abbandunati, jagħtu formazzjoni lis-seminaristi u lill-katekisti.

8. Is-Sibt 26 ta’ Ottubru : 9.30am Seminar għall-Operaturi Pastorali fiċ-Ċentru ta’ San Girgor biex nifhmu aħjar x’inhi l-Knisja u x’inhi l-Parroċċa. Ikellimna Fr Joe Inguanez. Il-Membri kollha nvoluti s-Sacro Cuor huma mitluba jattendu.

9. Mit-2 sas-7 ta’ Novembru : Ser ikollna magħna Kelliema mill-Uffiċċju Missjunarju li ser ikellmu l-Gruppi tal-Parroċċa tagħna f’dan ix-xahar Straordinarju Missjunarju.

10. Il-Kors ta’ Kana jibda : Il-Ħamis 9 ta’ Jannar fiċ-Ċentru fis-7.30pm.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.