Sollennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni

1. Il-Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru St Antnin : Jibda l-Ħamis 9 ta’ Jannar 2020 fis-7.30pm.

2. Hospice Malta fil-Parroċċa tagħna : Ġabret €739.49. Grazzi mill-qalb.

3. It-Tnejn 9 ta’ Diċembru : 9.30am Laqgħa tal-Fratellanza tas-Sagrament.

4. It-Tlieta 10 ta’ Diċembru :
Ħarġa r-Rabat u l-Imdina b’Quddiesa ta’ Ġieżu u Breakfast f’Restaurant. Ħin liberu biex inżuru l-Imdina. 8.30am Tluq mis-Savoy. Prezz €15. Ikkuntattjaw lil Fr Clive.
6.30pm Laqgħa tal-O.F.S. : Jitħaddet Tony Mahoney fuq is-suġġett : “L-Ispirtu s-Santu ffurmaha, ħalaqha, bħala krejatura ġdida”. Wara jkun hemm bibita.

5. Il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru : 6.30pm Laqgħa tal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali.

6. It-3 Ħadd tal-Avvent : 9.30am Magħmudija u Tberik tat-Tfal. 6.30pm Tibda n-Novena tal-Bambin.

7. Mit-Tnejn 16 sal-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru : Novena kuljum lit-Tfal tal-Katekiżmu fil-ħin tal-Katekiżmu.

8. It-Tlieta 31 ta’ Diċembru : Il-Ġenituri tal-Abbatini ser jorganizzaw attivita’ għal familja fl-Aħħar tas-Sena 2019. Tkun attivita’ ta’ ‘fundraising’ fiċ-Ċentru mit-8pm ‘il quddiem. Biljetti jinkisbu mill-‘Bookshop’ tal-knisja jew mill-Ġenituri stess.

9. Il-Fondazzjoni tagħti Rendikont tad-Donazzjonijiet għal ‘Lift’ : €1,600. Grazzi.

10. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Dan il-Weekend : Jinbiegħu il-Ponsietta fuq iz-Zuntier. Nistgħu noffru Ponsietta lil Knisja.
• Il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru : 10.00am Coffee Morning l-Każin Banda Sliema. Prezz €13 li jinkludi ikel u l-ktieb tal-bingo.
• Minn nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru : Jitqassam il-Kalendarju 2020 fid-djar. Jinġabru l-Envelops bid-donazzjoni tagħkom. Min ma jkunx id-dar napprezzaw jekk l-envelop ngħadduh lil Patrijiet jew nitfgħuh fil-qoffa tal-ġbir.

11. B’Digriet maħruġ minn Ruma : Illum, il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru, Sollennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Papa Franġisku ser jinnomina lil PATRI SANDRO OVEREND OFM, Amministratur Apostoliku għall-Vigarjat Appostoliku ta’ Bengħazi, il-Libya, li hija “sede vacante”. Nifirħu miegħu u Nitolbu għalih.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.