1. Malta tilqa’ bil-ferħ it-tħabbira tal-Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta : Fuq stedina tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, tal-Awtoritajiet u tal-Knisja Kattolika tal-Pajjiż. Se jkun fostna l-Ħadd 31 ta’ Mejju 2020.

2. Is-Sibt 15 ta’ Frar : L-Assembleja Parrokkjali. Kienet rigal ieħor lil Parroċċa. Grazzi lil Charmaine Caruana, fundatur tal-“BELONG”, l-organizzaturi u l-parteċipanti numerużi.

3. Il-Ħadd 16 ta’ Frar : Jum l-Ushers. Se jiġi ċċelebrat fil-Quddiesa tal-11.00am.

4. It-Tnejn 17 ta’ Frar : 9.30am Laqgħa tal-Fratellanza tas-S.Smu Sagrament fejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 6.00pm Laqgħa Ġenerali tal-Ushers fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. 6.30pm Kunċert fil-Knisja mill-Kor “The Kings School Worcester”. Imtella’ mill-Fundazzjoni John Paul II.

5. It-Tlieta 18 ta’ Frar : 10.00am Tombla b’risq il-Kunvent. 6.30pm Laqgħa tal-L-OFS. Titkellem Pauline Darmine fuq is-suġġett : “Jien Maskarat?” Kulħadd hu mistieden

6. L-Erbgħa 19 ta’ Frar : Ħarġa organizzata mill-Kumm. Parr. Anzjani. Min hu nteressat ikellem lil xi membru tal-Kummissjoni. 8.45am Tluq mis-Savoy.

7. It-Tnejn 24 ta’ Frar : Karnival għal kulħadd fiċ-Ċentru. Ibbukkjaw mingħand il-Ġenituri tal-Abbatini.

8. Il-Ħadd 15 ta’ Marzu : Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza għad-Dar tal-Providenza. L-Applikazzjonijiet mingħand Peter jew Pauline Darmanin jew mill-Uffiċċju tal-Kappillan.

9. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Dan il-Weekend : Cake Sale fuq iz-Zuntier waqt il-Quddies.
• L-Erbgħa 19 ta’ Frar : Bingo special għal żmien il-Karnival. Prezz €13 li jinkludi ikel, pakkett tal-bingo u tingħata b’xejn lil kulħadd Prinjolata.
• Is-Sibt 29 ta’ Frar : Ikla b’risq il-Festa fiċ-Ċentru. €15 li jinkludi ikel, soft drinks, inbid u deserta. Tfal taħt it-12 il-sena b’xejn.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.