Posts from October 2013

4 Items

27 ta’ Ottubru, 2013

by Admin

Illum il-Ħadd 27 ta’ Ottubru, bejn it-8.30am u s-1.00pm, fi Pjazza Sir Adrian Dingli ser ikun hemm il-Mobile Van tal-Bank tad-Demm. Kull min għandu bejn it-18 u t-63 sena u jinsab f’saħħtu u jixtieq jagħti d-demm, jista’ jagħmel dan billi jieħu miegħu jew l-I.D. Card, jew il-passaport jew il-liċenzja tas-sewqan. Għal aktar informazzjoni araw il-poster […]

20 ta’ Ottubru, 2013

by Admin

Il-Ġabra Speċjali li għamilna b’risq il-Knisja fil-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd 5 u 6 ta’ Ottubru, kienet ta’ €684.30. Dan il-weekend poġġejna kopja tal-permess tal-MEPA fin-notice board li hemm mal-ġenb tal-Knisja fejn mistenni jibda’ x-xogħol fil-jiem li ġejjin. Waqt li minn qalbna nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’ kbira tagħkom, inħeġġukom titolbu sabiex dan ix-xogħol jibda’ u jintemm b’wiċċ il-ġid […]

13 ta’ Ottubru, 2013

by Admin

Bdejna nieħdu l-booking tal-Quddies għas-sena d-dieħla. Min jixtieq jibbukkja jista’ jiġi jagħmel dan fl-uffiċċju parrokkjali nhar ta’ Tnejn bejn il-5.00pm u s-7.00pm jew l-Erbgħa bejn d-9.30am u l-11.00am. Tħallux għall-aħħar biex ma tkunux diżappuntati. Nhar il-Ħamis 17 ta’ Ottubru l-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani ser torganizza ħarġa għall-San Vinċenz De Paule. Tluq mis-Savoy Bus Stop fid-9.30am. Min […]

6 ta’ Ottubru, 2013

by Admin

Nhar it-Tnejn jibdew il-laqgħat tal-Katekiżmu għall-bniet. Nhar il-Ħadd 13 ta’ Ottubru niċċelebraw JUM IT-TAGĦLIM NISRANI. Fil-Quddiesa tad-9.30am jingħata l-Mandat lill-Katekisti. It-tfal u l-ġenituri tagħhom huma mitluba jkun preżenti. Nhar it-Tnejn ukoll, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija issir il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Nhar it-Tlieta 8 ta’ Ottubru, jerġa’ jibda jiltaqgħa l-Grupp ‘Emmaws’ fiċ-Ċentru Sant’Antnin, […]