“XEJN GHALL-ADDOCC”
Il-Kristjani u l-Musulmani jifurmaw l-aktar zewg muvimenti kbar ta’ twemmin. Il-Mawmetanezmu beda seba’ mitt sena wara Kristu. Ghalihom Gesu Kristu Huwa BISS profeta kbir, bhal Izaija, Gwanni Battista u ohrajn … izda mhux l-Iben t’Alla. Jemmnu wkoll … isimghuha din … li Kristu gie fid-dinja biex ihabbar l-ahhar profeta kbir, li allura skond il-Mawmettani, il-Misilmin, huwa Mohammed, jew Mawmettu. Id-dnub huwa li hafna plitici madwar id-dinja mhux qed jirrealizzaw li l-Izlam qed jerga’ jgholli rasu. Ghorrief Musulmani hekk jemmnu u jiktbu: “Meta gurati kbar ghad itiru u jdallmu s-smewwiet bil-kwantita kbira, u fuq gwenhajhom se jkun hemm miktub: ‘Ahna l-armata t’Alla, kull wiehed minna qed igorr 99 bajda. U meta jsiru mitt bajda, ahna se neqirdu d-dinja.’” Jiena nistaqsi, ‘Kif se nsolvuha din it-theddida?’ Zgur mhux billi nikkonvertuhom ghall-Kattolicezmu. L-unika tama taghna hija permezz ta’ Ommna Marija. Xejn ghall-addocc.
Fil-Koran, li huwa l-bibbja tal-Musulmani, insibu hafna riferenzi lejn il-Vergni Marija. Huma jemmnu fil-Koncepiment Immakulat ta’ Marija, u wkoll fit-twelid verginali ta’ Kristu. Ma ninsewx Mohammed ikkopja hafna mit-testi tal-iskrittura Kristjana, l-aktar mill-Kitbiet apokrifi. L-Apokrifi mhux kollha accettati mill-Knisja. Isimghu xi hsieb sabih insibu fil-Koran. Meta Anna (omm Marija) harget tqila bit-tarbija, hekk qalet skond il-Koran:’Mulej, jien nwieghed li nikkonsagra, Lilek, dak li hemm fil-guf tieghi. Accettah minn ghandi.’ Probabbli dan kien ikkuppjat mill-Apokrifi. DwarGuzeppi l-Koran ftit jghid. Meta Guzeppi sab li Marija kienet tqila, tkellem u staqsiha: ‘Dan kif jista’ jkun?’ Miryam wegbitu: ‘Meta Alla halaq l-ewwel ghalqa qamh, zgur li ma kellux zerriegha wahda. Izda l-qamh nibet u tela’. Kull ma jrid Alla u li jahseb u jsir.’
Il-Musulmani lil Marija jsejjhulha ‘Sayyida’, li tfisser ‘Sinjura’. L-unika wahda li tista’ tikkompeti ma’ Miryam, hija ‘Fatima’, it-tifla ta’ Mohammed. Izda wara li mietet Fatima, Mohammed hekk kiteb lil bintu: ‘Jalla tkun imbierka fost in-nisa kollha fil-genna … wara Miryam.’ Fatima wiegbet lil missierha u qaltlu: ‘Jien l-aktar imbierka fil-genna, wara Miryam.’ Bla ma trid tistaqsi: ‘Kos, ghaliex Marija dehret gewwa l-Portugall, f’rahal imwarrab u minsi ghal kollox li llum jismu ‘Fatima’ ?
It-twegiba tista’ tkun li Marija xtaqet turi r-rikonoxximent, lejn il-poplu Musulman, ghall-apprezzament u l-imhabba li wrew lejha. Jista’ jkun li se tkun Marija li se tressaq il-Musulmani lejn Binha. Ma rridux ninsew dak li gara storikament. Il-Musulmani ghamlu snin twal jokkupaw il-Portugall. Meta kienu mgieghla jitilqu, it-tifla tal-mexxej, li kif nafu kien jisimha Fatima, ma riditx titlaq ghax il-mahbub taghha kien Portugiz. Tant hu hekk , baqghet il-Portugall u spiccat tghammdet, haddnet il-Kristjanezmu. Bhala gest ta’ mhabba daz-zghazugh biddel l-isem originali tar-rahal u semmiegh ghall-mahbuba tieghu ‘Fatima’. ‘Xejn ghall-addocc’ kien jghid Dun Gorg.
L-ahhar prova li Marija qed taghti: meta sar il-Pellegrinagg Internazzjonali bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima, madwar id-dinja, kienu nkluzi wkoll l-Afrika u l-Indja. Il-Musulmani kollha hadu sehem fis-servizzi tal-knisja u fil-pellegrinaggi. Ghaddew l-istatwa quddiem il-Moskeji (li qabel ma kienx permess). Gewwa Mozambigue kwantita kbira ta’ Musulmani haddnu t-twemmin Nisrani.
‘Xejn ghall-addocc’ kien jghid Dun Gorg. Ftakru li Missierna Frangisku deher quddiem il-kap tal-Musulmani bil-kuragg kollu, kellmu fuq Kristu u ghamel habib mieghu. Xejn ghall-addocc. Ghaliex il-Papa ha l-isem ta’ Frangisku? U tafu li qed isiru tahditiet mal-Musulmani ? Ftakru li gewwa Fatima Marija qalet ‘Jiena l-Immakulata Kuncizzjoni.’ Il-Musulmani jemmnu fiha. Ghaliex Mawmettu semma ;l bintu ‘Fatima’ ? XEJN GHALL-ADDOCC. Itolbu.
Tony Mahoney ofs,
0 Comments