Tau

Il-Fraternita tal-Ordni Franġiskan Sekular tal-Parrocca tagħna se torganizza nofs ta’ nhar ta’ ġabra, li tibda bis-Sagrifiċċju tal-Ewkaristija u wara jkun hemm Konferenza dwar l-imġieba u l- konverżjoni tagħna f’dawn iż-żminijiet imqaddsa.

Il-Konferenza se titmexxa minn Patri Pawl Gatt, OP. Din il-Laqgħa, ta’ nofs ta’ nhar, se tinżamm nhar il-Ġimgħa, il-31 ta’ Marzu (Festa Pubblka), mid-9.30a.m. sal 12-10p.m. Se jkun hemm ukoll waqfa għall-kafe. Din se tinżamm fis-Sala, St. Francis, fejn jiltaqgħu kull ġimgħa, l-Aħwa tal-Ordni Franġiskan Sekular, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Kulħadd huwa mistieden li jieħu sehem.

Anthony Mahoney
Ministru OFS