Għeżież ħuti f’San Frangisk,


Nhar il-Ħadd li għadda il-Knisja fakret id-daħħla ta’ Kristu Sidna f’Ġerusalem. Din is-sena ma ħadniex sehem attiv fil-purcisjoni bil-friegħi tal-palm u l-weraq taż-żebbuġ f’idejna biex nagħtu bidu għac-celebrazzjoni tal-Misteru tal-Għid tal-Mulej. Kollox seħħ fil kwiet minghajr is-sehem tal-fidili nsara.

L-istess ser jiġri waqt ic-celebrazzjonijiet kollha ta’ din il-Ġimgħa li jimmarkaw il-Misteru tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu u tal-Qawmien tiegħu mill-imwiet. Il-knejjes ser ikunu vojta mill-prezenza fiżika tal-bniedem iżda żgur li kull min għandu l-fidi ħajja xorta ser isib postu fil-knisja b’mod spiritwali minn ġo daru flimkien mal-familja bis-saħħa tat-televiżjoni.

Kif jista jkun li nhar il-Ħamis nitilfu l-partecipazzjoni tagħna mill-Liturġija tat-Tifkira ta’ l-Ikla tal-Mulej fejn il-Mulej b’imħabba kbira ħallilna wirt imprezzabli? Tagħna l-akbar kmandament li għandna, biex inħobbu ‘l xulxin kif ħabbna hu: tagħna s-Sacerdozzju u fuq kollox tagħna Lilu n-Nifsu fis-sura ta’ l-Ewkaristija. Għalkemm b’dispjacir kbir f’dan iż-żmien imwiegħer ser inkunu mcaħda milli nircievu l-Ewkaristija, għandna nikkutentaw bit-tqarbina tax-xewqa.

Mid-dar nistgħu wkoll nimmeditaw fuq il-passjoni tal-Mulej u nagħmlu seba’ riflessjonijiet tas-seba’ visti bi ħsieb Qaddis u spiritwali.

Il-Ġimgha l-kbira hi l-qofol tal-Għid għax mingħajr il-mewt tan Nażżarenu ma konniex nistghu niccelebraw ir-rebħa ta’ Ġesu’ fuq il-mewt li mingħajrha r-reliġjon tagħna kienet tkun fierħa.
Fil-liturġija tal-Kelma tal-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira l-qari tal-Evanġelju huwa Skond San Ġwann, dixxiplu li kien xhud tal-passjoni ta’ Kristu u ra b’għajnejh it-tbatija li Ġesu’ bniedem għadda minna. Kemm kien jibki missierna San Frangisk kull meta kien jaħseb kemm bata Ġesu’ għalina.

Nhar is-Sibt fid-dalma tal-lejl m’aħniex ser nidħlu fil-knisja mdallma iżda mid-dar nistghu nippreparaw ruħna biex inroddu hajr lil-Alla għad-Dawl ta’ Kristu. Bil-blandun fuq il-presbiterju jibda l-qari ta’ disa’ siltiet sbieħ u s-salmi mill-Kotba Mqaddsa. L-ewwel sebgħa Qari huma mit-Testment il-qadim. L-Epistola u l-Evanġelju mit-testment il-ġdid.
Din is-sena żgur li m’ aħniex ser nassistu għal xi magħmudija waqt din il-funzjoni.

Kemm jinstema’ sabiħ id-daqq tal-qniepen f’dak il-lejl qaddis waqt il-kant tal-Glorja. Għad nisimgħu l-qniepen ta’ Malta kollha jdoqqu bi kbir meta l-Mulej Alla b’l-Intercessjoni tas- Sultana Tagħna tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ jaqalgħawlna l-grazzja li noħorġu minn din il-problema tal-Corona Virus.

F’dawn iż-żminijiet nissuġġerilkom biex iżżejnu djarkom bix-xbihat tal-Kurcifis, tad-Duluri u tal-Irxoxt biex għalkemm il-preżenza tagħna ser tkun il-bogħod mil-bini tal-Knisja xorta ngawdu dawn il-ġranet ta’ ferħ. Bis-saħħa tal-midja għandna ningħaqdu flimkien bil-ġabra u t-talb li jgħina nidħlu f’l-Ispirtu Qaddis tal-Għid u nimtlew bil-Glorja ta’ Kristu Rxoxt.

Il-Paci tal-Mulej Magħkom u l-familjari tagħkom.

Joe Gatt