Ix-xahar t’Awwissu hu maghruf ghal festi li bosta minnhom huma marbuta ma’ Ommna Marija Santissima, l-ikbar wahda hija It-Tlugh ta’ Marija fis-sema bir-Ruh u l-Gisem li ghadna kemm iccelebrajna f’lokalitajiet diversi gewwa Malta u Ghawdex. Ghalhekk nisghu nghidu li bhala Maltin l-imhabba taghna lejn il-Madonna ghadha qawwija hafna.
L-ewwel passagg huwa l-istorja ta’ l-Annunzjata (Lq 1: 26-38) fejn tispikka il-‘Fiat’ ta’ Marija meta qalet lil-Anglu Gabrijel “Ikun minni skond kelmtek”. Il-qalb miftuha ta’ Marija ghal kelma t’Alla u d-decizzjoni hielsa taghha biex tghid “Iva” huwa l-bidu tar-redenzjoni taghna. B’hekk ghandna lilha bhala Ommna fis-sema. Hija wkoll is-sejha taghna biex nimxu warajha fl-‘Iva’ taghha, ghalkemm nafu li s-smiegh taghna u l-‘Iva’ taghna lil Alla huma mperfetti. Din it-talba ghandha tkun dejjem fuq fommna: O Marija, ghallimna nghidu ‘Iva’ u ‘Grazzi’ lil Alla kull mument ta’ hajjitna.
It-tieni passagg huwa l-grajja tal-Festa tat-Tieg ta’ Kana (Gw 2: 1-12) meta Marija ndunat li l-gharajjes naqashom l-imbid u titlob lil Gesu biex isolvi s-sitwazzjoni umiljanti li nqalat. Forsi r-reazjoni ta’ Gesu dak il-hin setghet tidher negattiva meta qalilha lis-siegha Tieghu kienet ghada ma waslitx, izda Marija mill-ewwel fehmitu u qalet lil-qaddejja biex jobdu l-ordnijiet Tieghu. U b’hekk seta’ jsehh il-miraklu tal-bdiel ta’ l-ilma fl-imbid. Din l-istorja ggieghlna nifhmu l-unjoni kbira li kien hemm bejn Gesu u Marija, ghax hi kienet iggorr il-missjoni ta’ Binha go qalba.
Din it-talba ta’ San Frangisk lil Marija turi l-imhabba li kellu lejha:
Qaddisa Vergni Marija
minn fost in-nisa ma twieldet qatt ohra bhalek.
Int il-bint
u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar gholi u tal-Missier tas-sema,
Int l-Omm
tal-Mulej Qaddis taghna Gesu Kristu,
Int l-gharusa
ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Meta nghidu din it-talba qasira u sabiha ta’ Konsagrazzjoni lil Marija ta’ San Luigi Maria de Monfort, it-TOTUS TUUS….li kien ghamilha tieghu l-Qaddis Papa Gwann Pawlu II: “Jien kollni tieghek, Sultana u Omm tieghi, u kull ma ghandi huwa tieghek” qed nippruvaw inkunu maghqudin ma’ dik l-Omm taghna fis-sema li kontinwament tintercedi ghalina u tqarribna lejn Binha Gesu.
0 Comments