1. Nhar il-Ħamis 22 t’Awwissu, Adorazzjoni fil-Knisja fis-6.00pm.
2. Niġbdu l-attenzjoni ta` kulħadd biex fil-knisja tiġu mlibbsin b’mod li jixraq u jirrispetta d-dinjita` tal-post.
Nifhmu li qed tagħmel sħana eseġerata u napprezzaw li xorta tieħdu sehem fiċ-ċelerazzjoni tal-Quddies, pero` jibqa` l-fatt li
f’post sagru u b’rispett lejn kull min jiġi, tevitaw ilbies imqaċċat li xi drabi huwa eseġerat.
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.
3. Il-Fraternita` Franġiskana, il-Kunsill Pastorali Parrokkjali flimkien mal-Komunita` Parrokkjali jawguraw il-Festa t-Tajba
lill-Parroċċa ġirien tagħna ta` Stella Maris li għada/illum qed tiċċelebra l-Festa titulari.
4. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem: Francis Vella Bamber.
Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem …..
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments