1. Il-Ħamis 21 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni.
2. Il-Ġimgħa 22 t’Awwissu, Bingo Night b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju, fis-7.00pm, fiċ-Ċentru Sant` Antnin.
Donazzjoni ta` €20 li tinkludi l-ikel, xorb u t-tombla.
3. It-Tnejn 25 t’Awwissu, il-Ħarġa għal Għawdex.
Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop.
Għadkom tistgħu tibbukkjaw mingħand Margaret Cini.
Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur.
4. Fin-Notice Board prinċipali ħdejn il-Bookshop, għal min hu interessat hemm ir-Rendikont tal-flus li nġabru mid- donazzjonijiet u l-ġbir u l-ispejjeż li saru fil-Festa li ċċelebrajna lill-Madonna f’Lulju.
Napprezzaw u nirringrazzjaw lill-Kummisssjoni Festi tal-Parroċċa li flimkien mal-Patrijiet jorganizzaw il-Festa, u għall-ħidma volontarja li joffru s-sena kollha fil-festi prinċipali, l-aktar f’daż żmien ta` manutenzjoni li qed isir fis-Santwarju.
5. L-Arċidjoċesi ta` Malta qed tappella għal donazzjonijiet b’risq il-poplu ta` Gaża f’dal moment traġiku ta` gwerra.
Għal aktar dettalji idħlu online: CaritasMalta.org.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments