1. It-Tnejn 3 ta` Novembru, fl-10.00am Coffee Morning fiċ-Ċentru Sant’Antnin, b’risq is-Santwarju. Donazzjoni €20.
Dakinhar ma jkunx hawn lezzjonijiet tal-Katekiżmu, tal-Erbgħa u l-Ħamis isiru bħas-soltu.
Matul Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa waqt il-Quddiesa tas-6.00pm nitolbu ghall-mejtin li ktibtu. Għadkom tistgħu tieħdu l-envelope minn ħdejn il-bibien tal-Knisja u tiktbu l-mejtin tagħkom u tirritornawhom fil-kaxxa taħt il-Pulptu.
Napprezzaw kull donazzjoni.
It-Tnejn ukoll, fis-6.30pm issir il-laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.


2. It-Tlieta 4 ta` Novembru, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn Peter Darmanin: “Oħtna l-Mewt”, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.00pm. Kulħadd mistieden.

3. Il-Ħamis 6 ta` Novembru, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.

4. Il-Ġimgħa 7 ta` Novembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il-Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anzjani fid-djar.

Fit-8.00pm, Ikla b’risq il-Festa fil-Każin Banda Sliema. Booking Miftuħ.

5. Is-Sibt 8 ta` Novembru, fil-Kunvent tagħna fir-Rabat se jsir l-Irtir bi tħejjija għall-adoloxxenti li se jagħmlu l-Grizma tal-Isqof fil-Parroċċa tagħna.
Tluq fid-9.00am mis-Savoy Bus stop.

6. Il-Ħadd 9 ta` Novembru, niċċelebraw lil San Martin fil-Quddiesa tad-9.30am.
Tistgħu tordnaw il-Borża ta` San Martin għat-tfal mill-Bookshop, donazzjoni ta` €7.
Fil-Weekend li ġej, il-Kummissjoni Festi se tkun qed tbiegħ Boroż u Ħelu ta` San Martin, ħaxix u pjanti fuq iz-zuntier.

7. It-Tnejn 10 ta` Novembru, il-Ħarġa għal Għawdex,fis-7.00am nitilqu mis-Savoy bus Stop.
Booking mingħand Margaret Cini, donazzjoni ta` €30 kollox inkluż minbarra l-vapur.

8. Grazzi lill-Voluntiera tal-Parroċċa li qed joffru Kafe`, Te` u ħelu kull nhar ta` Ħadd bejn it-8.30am u 12.00pm fuq iz-zuntier.

9. Infakkrukom fil-Wirja għal Żmien il-Milied fil-Knisja .
Jistgħu jieħdu sehem tfal u adoloxxenti taħt is-16 il-sena.
Dettalji fin-Notice Boards tal-Knisja.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433