1. It-Tnejn 10 ta` Ġunju, fid-9.30am jiltaqgħu l-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
2. It-Tlieta 11 ta` Ġunju, jiltaqgħu l-O.F.S. wara l-Quddiesa ta` filgħaxija għall-laqgħa mmexxija minn P. Julian Sammut O.F.M. , ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Kulħadd mistieden.
3. L-Erbgħa 12 ta` Ġunju, il-Ħames Erbgħa ta` Tħejjija Spiritwali għall-Festa tal-Madonna. Mistiedna t-tfal u adoloxxenti tal-Parroċċa biex janimaw il-Quddiesa bl-Omelija minn P. Aaron Zahra O.P. Magħhom iġibu fjura biex joffruha lill-Madonna.
4. Il-Ħamis u l-Ġimgħa jkomplu ż-żjajjar lill-familji tal-Parroċċa mill-5.30pm il-quddiem.
5. Il-Ħamis 13 ta` Ġunju, il-Festa ta` Sant’ Antnin ta` Padova.
Fis-6.30pm issir il-Quddiesa tal-Festa, animata mill-Kor tat-Tfal, it-tfal, speċjalment dawk li għamlu l-Ewwel Tqarbina mħeġġa jieħdu sehem flimkien mal-ġenituri.
Fi tmiem il-Quddiesa jitbierek u jitqassam il-Ħobż.
6. Matul din il-ġimgħa jibdew jitqassmu fid-djar l-envelopes għall-Ġabra tal-Festa.
Il-helpers jiġbru l-envelopes mis-Sagristija u jqassmuhom bieb, bieb, għax mill-Ħamis 12 ta` Ġunju, jibda jitqassam f’kull dar il-Ktieb tal-Festa u jinġabru l-envelopes bid-donazzjoni tagħkom.
7. Is-Sibt 15 u l-Ħadd 16 ta` Ġunju ssir it-tieni Ġabra Speċjali fil-Knisja b’risq il-Festa.
Il-Ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra għall-Manutenzjoni tal-Knisja kienet €2,520.
Daħlet ukoll donazzjoni ta` €200.
Napprezzaw u nirringrazzjawkom għall-ġenerożita` fil-ġbir, speċjalment li jsir fil-
Knisja.
8. It-Tlieta 18 ta` Ġunju, Ħarġa għal Għawdex.
Tistgħu tibbukkjaw mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini sal-Ħadd 16 ta`
Ġunju.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments