1. It-Tnejn 15 ta` Settembru, fis-6.00pm laqgħa importanti għall-Katekisti kollha li din is-sena qed jerġgħu joffru s-servizz għat-tagħlim lit-tfal tal-Parroċċa. Nirringrazzjawhom għal dan l-impenn, tant bżonnjuż.
Niltaqgħu ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.


2. L-Erbgħa 17 ta` Settembru, il-Festa ta` San Franġisk fl-Għoti tal-Istimmati
Mqaddsa fuq l-Għolja tal-Verna.
Fis-6.30pm il-Quddiesa li fiha ssir l-Adorazzjoni tas-Salib.

3. Il-Ħamis 18 ta` Settembru, fil-5.30pm tibda Adorazzjoni fis-Skiet sas-6.00pm u nkomplu bit-talb sas-6.30pm bi tħejjija għall-Jum il-Vokazzjonijiet Franġiskani fil-Parroċċa il-Ħadd 21 ta` Settembru.
Il-Ġabra tal-Ħadd li ġej fil-Jum ta` Talb għall-Vokazzjonijiet ssir għall-Għaqda
Vokazzjonijiet Franġiskani.
4. Il-Ħadd 21 ta` Settembru, mistiedna t-tfal mal-familji tagħhom għall-Quddiesa tad-9.30pm biex insejħu fuqhom l-Barka t’Alla qabel ma jerġgħu jibdew is-Sena skolastika. Tingħata tifkira lit-tfal Kollha.

5. Nirringrazzjawkom għall-ġenerożita` li qed toffru bid-donazzjonijiet, fl-attivitajiet u l-ġabra speċjali kull xahar b’risq il-Manutenzjoni li qed issir fis-Santwarju. L-ammont tax-xahar hu ta` €5,330.62. Grazzi lil kulħadd.

6. Se ssir ikla fis-7 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna organizzata mill-Kummissjoni Festi u s-Soċjeta` Filarmonika Sliema, fil-Każin Banda Sliema, il-Ġimgħa 26 ta` Settembru fit-8.00pm. Booking miftuħ.

7. Matul din il-Ġimgħa, għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Robert Pace u Frances Farrugia.Agħtihom Mulej il -Mistrieħ ta` Dejjem ……….

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433