1. Għada/illum il-Ħadd wara nofs inhar “High Tea bit-Tombla” l-4.00pm, fiċ-Ċentru Sant’Antnin, b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju.
Donazzjoni ta` €15.


2. It-Tlieta 11 ta` Marzu, l-O.F.S. jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju
Parrokkjali. Peter Darmanin jitkellem dwar: “Infittxu is-Saltna t’Alla”.
Kulħadd jista` jattendi.

3. L-Erbgħa 12 ta` Marzu, bħala parti mit-tħejjija tar-Randan, fis-6.30pm il-Quddiesa bl-Għasar u Riflessjoni fuq l-aħħar sigħat tat-tbatija ta`Ġesu`.

4. Il-Ħamis 13 ta` Marzu, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.

5. Il-Ġimgħa 14 ta` Marzu fis-6.00pm nitolbu l-Via Sagra.

6. Is-Sibt 15 ta` Marzu, l-Għaqda Vokazzjonijiet Franġiskani se torganizza ‘Car Wash’ bejn id-9.00am u s-2.00pm, fi Triq Dun Pawl Vella – ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali, biex jinġabru Fondi b’risq il-Ħidma Vokazzjonali.
Fil-Quddiesa tal-5.00pm jibdew l-Eżerċizzi għal kulħadd u jkomplu kull nhar ta` Sibt.
Iqaddes u jippriedka P.Ramon Farrugia O.F.M.

7. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju kienet €3,805.26.
Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` tagħkom.

8. L-Erbgħa 19 ta` Marzu se jsir “Coffee Morning” b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja fl-10.00am fiċ-Ċentru Sant’Antnin
Donazzjoni €15.

9. Il-Ħadd 23 ta` Marzu, se ssir Maratona ta` Talb, Sawm u Riflessjoni b’risq id-Dar tal-Providenza bejn id-9.00am u l-5.00pm, fiċ-Ċentru Sant’Antnin.
Dak inhar, il-Quddiesa tad-9.30am għat-tfal issir fiċ-Ċentru Sant’Antnin bħala parti minn din l-attivita`.
Inħeġġukom tiġu tieħdu sehem.

10. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` Dejjem Doris Fenech.
Agħtiha Mulej il-mistrieh ta` dejjem ……

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433