1. It-Tnejn 19 ta` Frar, l-Eżerċizzi għal kulħadd sal-Ġimgħa, fil-Quddiesa tad-9.00am, minn Patri Clive Camilleri O.F.M.
Wara l-Quddiesa ssir il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

2. Matul ir-Randan kull nhar ta` Erbgħa u l-Ġimgħa fit-8.30am nitolbu l-Via Sagra.

3. It-Tlieta 20 ta` Frar, wara l-Quddiesa tas-6.00pm jiltaqgħu l-Franġiskani Sekulari ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Pauline Darmanin twassal il-ħsieb: “Ġesu` u l-Fariżej”.
Kulħadd mistieden.

4. Il-Ħamis 22 ta` Frar, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa l-Lectio Divina.

5. Kull nhar ta` Ġimgħa fir-Randan, qed noffru servizz ta` Qrar fil-5.30pm, it-Talba tal- Via Sagra.
Fis-6.00pm Quddiesa bl-Għasar u bl-Omelija min P. Raymond Falzon O.F.M.
Dawn il-Priedki nhar ta` Ġimgħa, offruti lil min ma jistax jisma` l-Eżerċizzi ħamest ijiem wara xulxin.
Waqt il-Quddiesa ssir il-Ġabra għal “Dar Bjorn”. Min jixtieq joffri d-donazzjoni tiegħu, hemm kaxxa apposta taħt il-pulptu.

6. Il-Ġimgħa wkoll fis-7.00pm, jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

7. Il-Ġimgħa 23 ta` Frar, il-Kummissjoni Festi se torganizza ‘Pizza Delivery’ mis-6.30pm il-Quddiem.

8. Dawk il-familji u persuni li joqgħodu fil-Parroċċa tagħna u jixtiequ li aħna l-Patrijiet niġu d-dar biex niltaqgħu magħkom u għat-tberik, jieħdu formola minn ħdejn il-bibien tal-Knisja, jimlewha u jirritornawha billi jgħadduha lil xi Patri, jew jimpostawha fil-kaxxa tal-ittri tal-Kunvent jew jixħtuha mal-ġabra waqt il-Quddies, mhux aktar tard mill-31 ta` Marzu. Il-Quddiem ninfurmawkom meta nkunu ġejjin.
Din l-inizjattiva se ssir minflok it-tberik bieb, bieb. Għalhekk jekk tafu b’parruċċani li għal xi raġuni ma jiġux il-Knisja u jixtiequ li niltaqgħu magħhom, tistgħu teħdulhom formola.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433