1. It-Tlieta 3 ta` Diċembru, wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir il-laqgħa tal-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali minn P.Julian Sammut O.F.M.. Kulħadd mistieden
2. Il-Ħamis 5 ta` Diċembru fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.
3. Il-Ġimgħa 6 ta` Diċembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, il-Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anzjani u morda fid-djar.
4. Il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 ta` Diċembru, Jiem ta` Tħejjija għall-Festa tal-Immakulata
Kunċizzjoni.
Fis-6.00pm Rużarju Meditat u fis-6.30pm Quddiesa bl-Omelija u bil-kant tat-Tota Pulchra.
5. Is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta` Diċembru, il-Kummissjoni Festi se torganizza bejgħ ta` Ponzjetti fuq iz-Zuntier tal-Knisja.
6. Il-Ħadd 8 ta` Diċembru l-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Fil-Parroċċa se niċċelebraw Jum il-Ħajja.
Fit-8.00am il-Quddiesa tal-Festa.
Fil-Quddies kollu jitwassal messaġġ minn rapprezentant tal-Life Network Foundation.
Għall-Quddiesa tad-9.30am mistiedna l-ommijiet u dawk li qed jistennew tarbija u nsejħu fuqhom il-Barka t’Alla
7. Mil-lum qed norganizzaw Lotterija tal-Milied b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja.
Il-Lotterija titla` l-Ħadd 29 ta` Diċembru fil-Quddiesa tal-11.00am.
Napprezzaw li tipparteċipaw.
8. Se norganizzaw Ħarġa għal Għawdex nhar it-Tnejn 30 ta` Diċembru.
Nitilqu mis-Savoy Bus Stop fis-7.00am.
Bijetti b’donazzjoni ta` €30 mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
9. Matul din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta` dejjem, Carmen Taylor.
Agħtiha Mulej il-Mistrieħ ta` Dejjem ……….
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments