1. Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru : L-1 Ħadd tal-Avvent. 9.30am Titbierek il-Girlanda tal-Avvent li t-Tfal mistiedna ġġiebu magħkom mid-dar.
2. Ponzietta lil Artal : F’dawn il-ġranet qaddisa tal-Avvent jiġu apprezzati Ponziettas biex inżejjnu l-Artal għall-Avvent u nħejju għall-Milied.
3. Is-Siġra tal-Imħabba fl-Artal tal-Karmnu : Ġentilment intom mitluba li tieħdu ‘cracker’ biex niġbru ‘groceries’ li jingħataw b’għajnuna lil min hu fil-bżonn.
4. It-Tnejn 2 ta’ Diċembru : 6.30pm Laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.
5. It-Tlieta 3 ta’ Diċembru : 6.30pm Laqgħa tal-O.F.S. miftuħa għal kulħadd. Jitħaddet Joe Gatt fuq is-suġġett : “Jien hu Alla Sidek”. Wara jkun hemm bibita.
6. Il-Ħamis 5 ta’ Diċembru : 5.00pm Qrar lit-Tfal tal-Katekiżmu Sena 4 u 5.
7. Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Il-Patrijiet iduru l-Morda u l-Anzjani għal Qrar u t-Tqarbin. Fil-għaxija Adorazzjoni komunitarja.
8. Il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd : Tlett ijiem Marjani bi tħejjija għal Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.
9. Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru : It-2 Ħadd tal-Avvent. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. 9.30am Tberik tat-Trabi fil-Ġuf.
10. Ġiet inawgurata l-Istatwa ta’ San Paskal Baylon. Infakkarkom fil-Wirja ċkejkna li hemm fil-Kappella tas-Sagrament.
11. Kampanja għal Lift tal-Kunvent/Knisja li għandu 50 sena : Wasal fi tmiemu. Min jista’ jgħin, il-Fondazzjoni ħolqot Skema ta’ Ġbir ta’ Donazzjoni. Grazzi lil kulħadd.
12. Il-Kummissjoni Festa tavża :
• Il-Weekend li ġej : Ser jinbiegħu l-Ponzietti waqt il-ħinijiet tal-quddies.
• L-Envelops tal-Kalendarju : Qed jitqassmu mall-Flimkien.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments