SOLENNITA’ TA’ KRISTU SULTAN

1. Il-Ħadd 24 ta’ Novembru : Festa ta’ Kristu Re u Jum l-Abbatini Franġiskani. 9.30am L-Abbatini jingħataw Ċertifikat ta’ Mertu.
5.00pm Festa ta’ Kristu Re tibda mill-Monument tal-Furjana sal-Konkatidral.

2. It-Tnejn 25 ta’ Novembru : 6.30pm Quddiesa għall-Erwieħ tal-Membri Mejtin tal-Kor Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor. Qraba u ħbieb huma mistiedna jattendu.

3. It-Tlieta 26 ta’ Novembru : 6.30pm Laqgħa tal-O.F.S. Jitħaddet Tony Mahoney fuq is-suġġett : “U dwar in-nisel tiegħek se jitkellmu l-bnedmin kollha tal-art”.

4. L-Erbgħa 27 ta’ Novembru : Ħarġa ta’ nofs ta’ nhar mall-Kumm. Parr. Anzjani. 8.45am Tluq mis-Savoy. Avviċinaw lil xi membru tal-Kummissjoni.

5. Il-Ħamis 28 ta’ Novembru : 6.00pm Laqgħa għall-Katekisti ħdejn l-Uffiċċju.

6. Il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru : 5.00pm Il-Fratellanza tas-Sagrament tfakkar il-100 sena mit-twaqqif tagħha b’Adorazzjoni, Quddiesa u Inawgurata l-Istatwa ta S. Baskal.

7. Is-Sibt 30 ta’ Novembru : L-Abbatini ser iżuru d-Dar tal-Anzjani Sta Katerina. 8.45am Tluq mis-Savoy.

8. Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru : L-1 Ħadd tal-Avvent. 9.30am Titbierek il-Girlanda tal-Avvent li intom mistiedna ġġiebu magħkom mid-dar.

9. Is-Siġra tal-Imħabba fl-Artal tal-Karmnu : Ġentilment intom mitluba li tieħdu ‘cracker’ biex niġbru ‘groceries’ li jingħataw b’għajnuna lil min hu fil-bżonn.

10. Il-Lift tal-Kunvent/Knisja xjaħ ġmielu! Wara 50 sena ta’ servizz tiela’ w’nieżel, qed jitlobna bil-ħniena biex jieqaf jistrieħ darba għal dejjem. Mhuwiex aktar ‘worthed’ li nibqgħu nonfqu flejjes kbar fit-tiswija. Għalhekk il-Fondazzjoni se tgħinna nsibu nies ġenerużi permezz ta’ Skema ta’ Ġbir ta’ Donazzjonijiet għal dan il-għan. Kull offerta anke jekk żgħira, tkun apprezzata ħafna.

11. Din il-ġimgħa l-Kappillan ikun Irtir tal-Kappillani Manresa Għawdex : Fl-assenza tiegħu staqsu għal Gwardjan. Imexxi l-Irtir il-Papas tal-Griegi Rev. Martin Zammit.

12. Il-Kummissjoni Festa tavża :
Il-Ħamis 28 ta’ Novembru : 10.00am Bingo Breakfast il-Każin. Prezz €13 li jinkludi l-ikel u l-ktieb tal-bingo.
Is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru : Ponsietta Sale.
Bejgħ ta’ affarijiet tal-Milied fi Triq Bisazza : Kellmu lil Brian Vigar min jixtieq jieħu sehem.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.