1. Illum il-Ħadd 15 ta’ Settembru, bejn l-10.00a.m. u 12.00p.m. u t-Tnejn 16 ta’ Settembru bejn il-
5.00p.m. u s-7.00p.m. isir ir-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-katekiżmu, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Ir-Reġistrazzjoni tkompli l-Ħadd li ġej, 22 ta’ Settembru bejn l-10.00a.m. u 12.00p.m. Napprezzaw li tifhmu u taqdu dan id-dmir lejn it-tfal tagħkom.
2. It-Tnejn 16 ta’ Settembru, fil-Parroċċa niċċelebraw il-Festa tal-Għoti tal-Pjagi lil San Franġisk, fil-Quddiesa tas-6.30p.m. bis-sehem tal-Kor Parrokkjali, l-Abbatini u l-Membri tal-Ordni Franġiskan Sekular. Fil-Quddiesa issir l-Adorazzjoni tar-Relikwija tas-Salib Imqaddes. Wara il-Quddiesa ssir il-Laqgħa tal-Ushers.
3. It-Tlieta 17 ta’ Settembru, f’Għeluq it-800 Sena mill-Għoti tal-Pjagi lil San Franġisk, filgħaxija, l-Knisja ma tiftaħx, ma jkunx hawn il-Quddiesa, biex ningħaqdu mal-Familja Franġiskana f’Malta, għall- Pontifikal Solenni fil-Knisja tagħna l-Ħamrun, fis-6.00p.m. immexxija mil-E.T. Mons. Anton Theuma,
Isqof ta’ Għawdex. Min jixtieq se norganizzaw trasport mis-Savoy Bus Stop, fil-5.00p.m. Booking ta’ €10 mingħand Margaret Cini.
4. Il-Ħamis 19 ta’ Settembru, fis-6.00p.m. issir l-Adorazzjoni, sal-Quddies tas-6.30p.m.
5. Il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru, fis-7.00p.m. jerġa’ jibda jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, wara s-sajf.
6. Il-Ħadd 22 ta’ Settembru, qed nistiednu lit-tfal, ġenituri u għalliema għall-Quddiesa tad-9.30a.m. It-tfal iġibu magħhom affarijiet tal-iskola, biex insejħu fuqhom l-Barka t’Alla u l-Interċessjoni tal-Madonna, qabel tibda s-Sena Skolastika. Se tingħata tifkira lit-tfal u wara niltaqgħu fuq iz-zuntier.
7. Infakkru lil min hu interessat, l-Erbgħa 25 ta’ Settembru ser issir il-Vestizzjoni ta’ membri ġodda fil- Konfraternita’ tal-Madonna, fil-Quddiesa tas-6.30p.m., fl-okkażżjoni tas-6 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Istatwa. Avviċinaw lil Joe Debono.
8. Qed issir ġabra b’risq il-familji u l-Missjoni tal-Honduras, biex tingħata f’Jum il-Merħba lill-Isqof il-ġdid l-E.T. Mons. Anġlu Falzon OFM, fil-Parroċċa, nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru, fil-Quddiesa tas-6.30p.m.
Id-donazzjonijiet ixħtuhom fil-kaxxa taħt il-pulptu. Inħeġġukom toffru donazzjonijiet ġenerużi.
9. L-Arċipriet u l-Komunita’ Parrokkjali tal-Furjana, stiednuna bħala Parroċċa, biex niċċelebraw magħhom il-150 Sena Devozzjoni lejn is-Sultana Tagħna tal-Qalb ta’ Ġesu’ f’Malta, mibdija fil-Knisja ta’ San Publiju. Għalhekk inħeġġukom tibbukkjaw għat-trasport li ser norganizzaw il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru, fil-4.30p.m. u mmorru niċċelebraw il-Quddiesa fil-5.30p.m. bħala Kommunita’ Parrokkjali. Booking ta’ €10 mingħand Marianne Bonaci jew Margaret Cini.
10. Bħala Parroċċa ser norganizzaw Pellegrinaġġ Franġiskan għal Assisi bejn il-21 u s-27 ta’ Lulju 2025, immexxi minn P. Julian Sammut OFM, persuna ta’ esperjenza kbira ta’ dawn il- Pellegrinaġġi. Hemm post għal 50 persuna. Il-Booking miftuħ u min hu interessat ma jħallix għall-aħħar. Għal aktar dettalji avviċinaw lill-Kappillan. Hemm programm dettaljat fin-Notice Board ħdejn il-Bookshop.
Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments