1. Il-Ħadd 4 ta` Jannar, f’Jum il-Festa tat-tliet Slaten Maġi, fil-Quddiesa tad-9.30am nassistu għall-wasla tagħhom fil-Knisja, joffru r-rigali lill-Bambin u jsir djalogu bejniethom u t-tfal.
Illum fil-Quddiesa tal-11.00am nifirħu ma` Ġużi Risso f’għeluq il-100 Sena tiegħu.
Nirringrazzjawh għas-snin ta` servizz li offra lis-Santwarju w lill-Kunvent. Ad multos Annos


2. It-Tnejn 5 ta` Jannar, jerġa` jiftaħ l-Uffiċċju Parrokkjali.

3. It-Tlieta, 6 ta` Jannar, l-O.F.S. jiltaqgħu għal-laqgħa minn Peter Darmanin:” Iż-Żmien Rigal t’Alla”, fis-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

4. L-Erbgħa 7 ta` Jannar, jibda l-Katekiżmu għat-tfal tas-sitt sena fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.

5. Il-Ħamis 8 ta` Jannar, jibda l-Katekiżmu għat-tfal tar-raba` u l-ħames sena u dawk tal-Prep-Preċett.
Il-Katekiżmu għall-ewwel, it-tieni u t-tielet sena jibda nhar it-Tnejn 12 ta` Jannar.
Fil-5.30pm ikun hawn l-Adorazzjoni u fis-6.30pm il-Lectio Divina.

6. L-offerta lid-Dar tal-Providenza mill-Parroċċa kienet ta` €6,000, €4,600 minnhom li nġabru mill-Maratona ta` Talb fi żmien ir-Randan tas-sena li għaddiet.
Il-Ġabra fil-Knisja għad-Dar tal-Providenza fl-ewwel tas-sena kienet €1,400.
Nirringrazzjawkom.

7. Matul din il-ġimgħa, għaddew għall-Ħajja ta` Dejjem Noel Fenech, Lina Debono
u Frank Cuschieri.
Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta` Dejjem…………

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433