Illum, 9 ta’ Novembru, niċċelebraw il-festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma. Fil-faċċata nsibu l-iskrizzjoni li tgħid: “L-omm u l-Padruna tal-Knejjes kollha ta’ Ruma u fid-dinja”.
Din il-bażilika hija importanti għalina Kristjani għal żewġ raġunijiet. San Ġwann Lateran hija mimlija storja kristjana bikrija. Per eżempju, l-Artal tal-injam li fuqu San Pietru ċċelebra quddiesa waqt li kien f’Ruma jinsab ġewwa l-artal ewlieni; kif ukoll parti tal-mejda li fuqha ġiet iċċelebrata l-Aħħar Ikla tal-Mulej mad-dixxipli tiegħu hija wara skultura tal-bronż ta’ din il-ġrajja tant sagra.
Imma aktar importanti minn hekk din il-Bażilika tirrappreżenta l-għaqda tagħna mal-Papa kif ukoll l-imħabba u r-rispett tagħna lejh. Dan l-aħħar dan is-simbolu t’għaqda sar aktarimportanti u kruċjali. Sa mill-bidu nett tal-papat tiegħu kien hemm sforz dejjem jikber biex
iwaqqa’ u jdgħajjef il-messaġġ ta’ Papa Franġisku. L-oppożizzjoni kontra l-Papa saretspeċjalment ħarxa meta ħarġet l-eżortazzjoni appostolika ‘Amoris Laetitia’ (8 ta’ April,2016). Diversi mezzi tax-xandir kif ukoll dokument ippubblikat minn erba’ kardinali
Amerikani prominenti saru ostili ħafna lejh. Dawn il-kardinali jsostnu li f’din il-kitba l-Papa jmur kontra d-duttrina Kattolika immutabbli dwar iż-żwieġ, l-adulterju u l-verità oġġettiva.Il-midja kompliet il-kampanja kontrih li għadha għaddejj sal-lum.
Sfortunatament din l-oppożizzjoni għall-papat ta’ Franġisku qed tikkawża firda u kaos kemm fil-lajċi u anke fost is-saċerdozju. Xi wħud jaslu sa jirrifjutaw li jaqraw kull ħaġa ppubblikata minnu. Ċertament li n-nuqqas ta’ qbil u d-differenzi minn dejjem kienu magħna, madankollu, ma nistgħux nitilfu l-vista ta’ min aħna: Nsara Kattoliċi. Bil-magħmudija tagħna aħna magħqudin bħala aħwa fi Kristu li fada n-nagħaġ tiegħu lil Pietru u lis-suċċessuri tiegħu.Għalhekk il-Papa Franġisku huwa l-pedament viżibbli tat-tqarrib u l-għaqda għall-fidili kollha. Il-festa tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tfakkar li kull wieħed u waħda minna huwa magħqud mal-Knisja ta’ Ruma, u għalhekk mal-Papa, permezz ta’ rabtiet speċjali ta’ fedeltà w ubbidjenza.“Il-festa tal-lum tiċċelebra misteru li huwa dejjem prezenti: li Alla jixtieq jibni lilu nnifsu
tempju spiritwali fid-dinja, komunità li tħobbu u tadurah fl-ispirtu u fil-verità.” (Papa
Benedittu XVI).
Paci u Sliem
Mariella Spiteri-Gonzi OFS
0 Comments