Gheziez huti fi Kristu u San Frangisk,
Laqtitni din ir-riflessjoni li torbot mal-Vangelu ta’ San Luqa, Kap VI, 1-5, meta l-Farizej tkazaw bid-dixxipli ta’ Gesu ghax bdew jaqtghu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Dan ghaliex kien is-Sibt u allura, skond il-Farizej, dak li kienu qed jaghmlu d-dixxipli kien dnub ghax ma kienx jiswa f’dan il-jum. Izda Gesu gharaf il-hazen taghhom u spicca qalilhom: “….il-bniedem huwa sid tas-Sibt ukoll.”
Qatt staqsejna xi jhoss Alla ‘llum meta jara numru kbir ta’ hutna Kristjani li jaqghu ghat-tentazzjonijiet tax-xitan u li b’hekk qeghdin jaljenaw ruhhom minnHu? Kif tahsbu li jhossu dwar l-ostilita taghhom lejn dawk li jiddeciedu li jibqghu sodi quddiem il-veritajiet tal-fidi?
Jekk qed ihossuna nkwetati u rrabjati ghal hazen u l-qerq tax-xitan, li nawwru mhux biss lid-dinja izda sahansitra infiltraw gewwa l-Knisja wkoll, Alla jiggustifikana ghax Huwa wkoll hassu irrabjat meta dawru t-tempju f’suq jew meta ra l-ipokresija tal-Farizej. Bhala uliedu ma jistghax jonqos li nhossuna hekk.
Gesu sofra t-torturi u mewt kifra biex isalva lilna u lill-umanita kollha. Allura huwa naturali li Alla l-Missier ihossu offiz ghar-rifjut u ghal min igib fix-xejn dan ir-rigal tant kbir li taghna b’demmu.
Dawk li ma baqawx sodi fit-twemmin li kienu jipprofessaw, dawk li tbeghdu mill-verita u t-taghlim ta’ l-Evangelju, huma l-akbar telliefa ghax kellhom il-verita f’idejhom u tawha bis-siq.
Fic-cirkostanzi li qeghdin nghixu fihom nistghu naqtaw qalbna ghax ahna ma nistghux insalvaw id-dinja. Ahna gejna hawn biex insalvaw ruhna u biex nsiru qaddisin b’taqtija kontinwa kontra l-hazen ta’ madwarna. B’danakollu hu possibli li mbiddlu d-dinja ckejkna ta’ madwarna bl-ghemejjel ta’ mhabba li nuru ma’ dawk qrib taghna.
Filwaqt li niccelebraw Il-festa ta’ Kristu Re, nitolbu l-Alla biex nibqaw sodi fil-fidi taghna, inkunu kemm inkunu assedjati bil-qerq, il-gideb u l-hazen kollu tad-dinja, u nitolbu ghal dawk hutna li hallew irwiehom jitkaxkru minn dan il-mewg ta’ qerq, fosthom il-mexxejja taghna u tad-dinja u dawk kollha li ghandhom xi sura ta’ poter, biex jaghrfu li l-unika triq biex id-dinja terga ssib l-ekwilibriju u s-serenita taghha hija biss il-fidi fi Kristu u li nimxu fedelment skond it-taghlim Tieghu li nsiebu fl-Evangelju Mqaddes.
Il-Mulej iberikna, iharisna u jwassalna ghall-hajja ta’ dejjem.
Cecilia Attard, ofs
0 Comments