Illum it-8 ta’ Marzu niccelebraw Jum il-Mara!

Ghal hafna snin, il-mara kienet meqjusa bhala bniedma minghajr valur, meqjusa biss ghal pjacir, biex tobdi, persuna minghajr drittijiet, u f’hafna pajjizi sahansitra mizmuma bhala skjava.

 
Maz-zmien, il-mara sabet lehinha! Ic-celebrazzjoni ta’Jum il-Mara ghandha l-gheruq taghha fis-sena 1908, meta eluf ta’ nisa mxew fit-toroq ta’ New York bi protesta biex jigu stmati fil-hinijiet tax-xoghol, fil-pagi, fi dritt ghal vot. Matul is-snin il-mara baqghet issemma lehinha biex tigi rikonoxxuta f’kull sfera tas-socjeta` sakemm illum naraw il-mara tikseb success u stima f’kull qasam tas-socjeta`.
Ikollna nammettu li fl-ewwel kapitli tal-Genesi il-mara giet impigija bhala r-raguni  li dahal il-hazen fid-dinja u ghal sekli shah id-dinja harset lejn il-mara b’mod dispreccjattiv. Imma fin-narrattiva tal-holqien tad-dinja, il-bniedem warrab fil-genb il-weghda ta’ Mara ohra li kellha tbiddel il-mixja ta’ l-Istorja.
 
Fil-kobor tieghu, Alla ghazel Mara biex iwassal il-weghda Tieghu lil bniedem. Kien il-guf ta’ Mara, bis-setgha ta’ l-Ispirtu s-Santu, li sawwar il-Gisem ta’ l-Iben t’Alla!

L-IVA ta’ Mara jisimha Marija welldet nifs gdid, tama ta’ eternita ta’ hena u tgawdija fis Sema Pajjizna.(Lq.1, 26-33)
Il-mara, bhalma hu r-ragel, hija wkoll mahluqa fuq ix-xbiha ta’ Alla u ghalkemm fir-rakkont tal-Genesi Eva ‘ma hargitx ta’ mara’, Alla baqa’ jaghzel nisa biex jaghtu sehmhom b’mod prominenti fil-mixja tal-Poplu Maghzul.
 
Fit-Testment il-Qadim insibu lil Rahab ( Gozwe 6,17), Ruth (Ruth 1,14-17), Ester ( Ester 2, 8-9), Deborah u Jael, (Mhallfin, 4, 4, ; 17-22)li ghamlu isem fil-Poplu ta’ Israel.  Fit-Testment il-Gdid kienet Elizabetta li tat lid-dinja lil Gwanni l-Battista (Luqa, 1,13-17) il-habbar tal-Messija. L-evangelji jkomplu jsemmulna li fost l-ewwel dixxipli ta’ Gesu jispikkaw in-nisa : Marija Madalena, Marta u Maria, Joanna, Susanna, Miriam ( omm San Mark), nisa li ghenu lil Gesu fil-ministeru Tieghu sahansitra b’ghajnuna minn buthom. Kienu n-nisa, li tradizzjonalment jissemmew fil-mixja ta’ Gesu lejn il-Kalvarju u jibqghu prominenti taht is-Salib fl-ahhar mumenti Tieghu.
Fuq kollox kienu n-nisa l-ewwel xhieda tal-Qawmien mill-mewt ta’ l-Iben t’Alla, u l-ewwel habbara ta’ l-avveniment li d-dinja qatt ma rat bhalu!

U n-nisa baqghu jaghtu l-kontribut taghhom fil-bini ta’ l-ewwel komunitajiet tal-Knisja fil-bidu taghha. Mill-Atti ta’ l-Appostli nsibu lil Tabitha, Lydia, Rhoda, u fl-ittri tieghu San Pawl isemmi lil Priscilla, Junia, Tryphena, Tryphosa, Persis li ghenuh fl-evangelizazzjoni matul il-vjaggi tieghu.

Alla baqa’ jsejjah nisa li biddlu l-Istorja tal-Knisja, nisa li gew meqjusa Dutturi tal-Knisja, nisa li l-Knisja theggigna nimxu fuq l-ezempji taghhom, nisa li jispikkaw ghal kuragg u l-eroizmu taghhom, nisa martri ghat-twemmin taghhom!

Illum il-gurnata ghandna teoligi femminili u l-mara qeghda issemma lehinha fis-Sinodi hekk kif qed tinghata pozizzjonijet ta’ importanza fil-Knisja ghaliex qed jigi rrikonoxxut li l-mara ghandha hafna kontribuzzjonijiet validi li jistghu jaghmlu differenza. Ghalhekk waqt li niccelebraw Jum il-Mara, ejjew nahdmu flimkien biex il-mara filwaqt li tkompli tistinka biex tavvanza f’kull settur tas-socjeta, tibqa’ zzomm id-dinjita taghha, timxi fuq valuri Nsara u tibqa’ valida fil-kontribut taghha, hi x’inhi l-pozizzjoni taghha.
Filwaqt li llum is-Socjeta Civili taghzel ix-xahar ta Marzu biex ticcelebra l-kwalitajiet, il-kapacitajiet u l-kisbiet li ghamlet il-mara, ghalina l-Kattolici huwa il – 25 ta’ Marzu li jibqa’ l-jum  fejn il-mara giet moghtija  l-akbar unur li qatt setghet tinghata Mara ~ li tkun Omm Alla!

Awguri lin-nisa kollha f’Jum il-Mara!

Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.

Pauline Darmanin ofs