Ghezez hbieb,
Ghadna kif iccelebrajna festa kbira ohra tar-Religjon Kattolika – It Trinita Qaddisa, jew ahjar ii-Misteru tat-Trinita Qaddisa.
Huwa Misteru li jikkonfondi lil hafna. Dawk li ma jhaddnux ir-Religjon Kattolika jirrifjutawh, u dawk li huma Kattolici jsibu diffikulta biex jispjegawh. Hekk hu. Hija kwistjoni ta’ fidi. Il-mohh tal-bniedem qatt ma jista jifhem kif jista jkun hemm Tlett Persuni distinti minn xulxin u fl-istess hin Alla Wiehed.
Santu Wistin u San Tumas, fost Dutturi ohra tal- Knisja, pprezentaw teoriji sodi bbazati fuq principji ta’ Teologija u Flosofija fuq it-Trinita. Imma forsi qatt ma tajna kaz li l-Iskrittura stess, li ahna nemmnu li hi Kitba Ispirita, mill- bidu sat-tmiem hija ‘mera’ tat-Trinita. Nafu li l-Iskrittura hi maqsuma fit-Testment il-Qadim u fit-Testment il-Gdid. Nistghu wkoll inharsu lejha fi tlett partijiet: it-Testment il-Qadim; l-Evangelji; l-Atti ta’ l-Appostli sat-tmiem. Kull parti minn dawn it-Tlett partijiet taghtina gharfien fuq kull Persuna tat-Trinita!
It-Testment il-Qadim hu bbazat fuq l-gharfien ta’ Alla Wiehed, Alla l-Hallieq il-bidu ta’ kollox, li jrid juri Lilu Nnnifsu lill-poplu maghzul li kien mehdi f’allat foloz. Dan Alla Wiehed ried li jghaqqad mieghu poplu, f’kuntratt ta’ fedelta. Din il-parti tinghalaq bil-migja ta’ Gesu Kristu.
L-Evangelji huma mera tat-Tieni Persuna tat-Trinita, Gesu Kristu il-Verb ta’ Alla li sar Bniedem, kif jghidilna San Gwann (Gw1, 1-3) L-Evangelji jlaqqghuna mat-Tieni Persuna tat-Trinita, Alla maghmul Bniedem, li waqqaf is-Saltna t’Alla u sejjah ghall-indiema. Hu gie biex ihabbibna ma’ Alla u jwasslilna il-messagg li Alla hu Imhabba. Din il-parti tinghalaq bit-Tlugh is-Sema tal-Mulej.
It-tielet parti, maghmula mill-Atti ta’ l-Appostli, l-Ittri u l-Apokalissi, tibda bil-migja tat-Tielet Persuna tat-Trinita, t-Twelid tal-Knisja u tkompli bil-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu, n-Nifs ta’ Alla, Nifs li jaghti l-hajja, holqien gdid. Din il-parti ma tinghalaqx. L-Ispirtu s-Santu jibqa jahdem, isahhah, igedded, jibni, jiggwida lill-Knisja, biex fuq it-taghlim li tana t-Tieni Persuna jressaqna aktar lejn Alla l-Missier.
Il-Knisja Kattolika li twieldet f’Pentekoste ghadha ‘works in progress’ hija progett li ghadu ghaddej, ghadu qed jigi zviluppat maz-zmienijiet. Il-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu tibqa’ ghaddejja sa l-ahhar.
Int u jien ukoll ghadna ‘works in progress’ bis-sahha ta’ l-Ispirtu s-Santu, li ghadu hemm f’hajjitna, jistenna li ahna nikkoperaw. Irridu nibqghu ‘nahdmu’ fuq l-umanita fragili taghna u nibqghu naghtu sehemna fil-‘work in progress’ tal-Knisja.
Irridu nergghu nibdew jew inkomplu, minghajr ma naqtghu qalbna. San Bonaventura fil-kitbiet tieghu fuq San Frangisk jghidilna li kwazi fit-tmiem ta’ hajtu Frangisku jghid lil hutu,” Ejjew nergghu nibdew huti, ghax s’issa ghamilna ftit li xejn.”
Ejjew inzommu l-kwotazzjoni ta’ Papa Frangisku fl-gheluq ta’ Evangelii Gaudium u naghmlu kuragg, ghax Gesu, L-Iben tal-Missier, permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu, jibqa’ jghidilna, “Ara jiena se ngedded kollox.” u jkompli jghidilna, “Jien maghkom dejjem sa l-ahhar taz-zmien.” (Matt, 28, 20).
Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.
Pax et Bonum
Pauline Darmanin ofs
0 Comments