IX-XAHAR TAL-HAJJIN

Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Il-hsieb li kellna li mill-lum, nergghu nibdew niltaqghu kull nhar ta’ Tlieta, fis-Santwarju, wara l-quddiesa ta’ l-ahhar, mhux prattiku fic-cirkustanzi prezenti meta l-epidemija qed terfa’ rasha, b’numru mhux zghir ta’ kuljum. Hekk titlob il-prudenza min-naha taghna.

Missierijietna kienu jirreferu ghax-xahar ta’ Novembru bhala x-xahar tal-mejtin. Anki llum, hafna ghadhom isejhulu hekk. Jiena nhobb insejjahlu: “Ix-xahar tal-Hajjin”. Fil-prefazju tal-Quddiesa ghall-mejtin, nghidu: “Għax għal dawk li jemmnu fik Mulej, il-ħajja ma tintemmx, imma tinbidel, u, mal-mewt tal-ġisem fuq din l-art, titħejja għalina għamara għal dejjem fis-sema.” Mela “Ohtna l-Mewt” tal-gisem hija biss passagg minn kamra ‘mudlama’ ghal kamra ‘dawwalija’.

Biex nifhmu l-misteru tal-Mewt, irridu l-ewwel nifhmu l-misteru tal-Hajja. Alla ma halaqx il-bniedem ghal-qabar imma halqu biex igawdieH fil-hajja ta’ dejjem. Alla, fil-kobor ta’ mhabbtu, jaghtina d-don tal-hajja u ahna bhala “ulied Alla” irridu fuq l-ezempju Tieghu, naghtu “il-hajja” lil hutna l-bnedmin. Huma min huma, huma fejn huma. Kif nistghu naghtu l-hajja’ lil ohrajn?

Il-misteru tal-‘Hajja’ jinsab minqux fuq id-don TAL-GHOTJA. Alla taghna lilu nnifsu fil-persuna ta’ Sidna Gesu Kristu. Hu kontinwament jaghtina l-grazzji bla waqfien. Ahna, mahluqin fuq ix-xbieha Tieghu u fuq l-ezempju Tieghu,  mahluqin biex kontinwament ninghataw lil ohrajn, hekk jaghmel Alla l-Imbierek maghna stess, kull nifs li niehdu, kull tahbita tal-qalb?

Ahna lkoll mahluqin biex ninghataw lil ohrajn, biex haddiehor jghix permezz taghna. Irridu niccekknu ahna biex haddiehor jikber permezz taghna. Irridu kontinwament naghtu mill-hin liberu taghna, naghtu mit-talenti taghna, naghtu minn sahhitna. Irridu nizvujtaw ahna biex haddiehor jintela’ materjalment u spiritwalment.

Kull hlejqa fil-hajja, kull haga fil-hajja ghandha skop, ghandha missjoni. Dik il-bajda trid tizvojta biex nghix jien. Dak il-bott tal-pizelli jrid jizvojta biex jintuza fl-ikel taghna. Dik il-kartuna tal-halib trid tizvojta biex insahhu hajjitna. Kollox ghandu skop fil-hajja, anki dik l-imbierka xkupa. Meta nifhmu din il-verita, naslu biex nifhmu l-misteru tal-hajja. Ghax jekk dik il-bajda, dak il-bott tal-pizelli, dik il-kartuna halib, dik l-ixkupa ghandhom skop, ghandhom ‘missjoni’ x’jaqdu, kemm u kemm izjed ghandu skop, ghandu missjoni x’jaqdi l-bniedem?

Ohtna l-mewt hija hija l-AHHAR GHOTJA taghna nfusna, mhux lil hutna l-bnedmin imma lil Hallieq, lil Alla l-imbierek. Ghotja totali.

J’Alla meta jasal dak il-mument, li jrid jasal zgur, meta ma nafux, ikun mument ta’ ferh kbir, meta l-Mulej jilqaghna bil-kelmiet sbieh: “Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta’ sidek.”

“Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa  mill-ħolqien tad-dinja. Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.”

Din hi x-xewqa tieghi, din hi t-tama tieghi, din hi  t-talba tieghi ghalina lkoll, ahwa fl-Ordni Frangiska Sekular.

J’Alla t-transitu taghna mill-‘kamra mudlama’ ghal ‘kamra mdawwla’, jkun TRANSITU FRANGISKAN.

Matul dan ix-xahar niftakru f’hutna li marru qabilna f’Dar il-Mulej. Aghtihom, o Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem.

 

Peter Darmanin

Ministru OFS