1. Il-Ħadd 26 ta` Mejju, se ssir l-Ewwel Tqarbina tat-tfal fil-Parroċċa fil-Quddiesa tad-9.30am.
Nirringrazzjaw lill-ġenituri w il-katekisti tal-impenn imprezzabbli biex wasslu lit-tfal ghal dan il-mument importanti f’ħajjithom.Inkomplu nsegwu lit-tfal bit-talb u l-eżempju tagħna.

2. It-Tlieta 28 ta` Mejju, il-laqgħa tal-O.F.S. fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Tony Mahoney jitkellem dwar “ Ir-Rieda Mqaddsa t’Alla, għalina.” Kulħadd mistieden.

3. L-Erbgħa 29 ta` Mejju, it-Tielet Erbgħa ta` Tħejjija Spiritwali għall-Festa. Mistiedna l-Anzjani
u l-Morda tal-Parroċċa għall-Quddiesa bl-Omelija minn P. Aaron Zahra O.P., fis-6.30pm.

4. Il-Ħamis 30 ta` Mejju, il-Festa ta` Corpus Christi fil-Parroċċa. Fil-5.00pm jiġi Espost Ġesu`
Sagramentat. Fis-6.30pm Quddiesa Solenni li fiha jingħata l-Mandat għal sentejn lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin. Mistiedna t-tfal li jkunu għamlu l-Ewwel Tqarbina flimkien mal-Ġenituri. Wara l-Quddiesa nakkumpanjaw lkoll flimkien mal-Fratelli fil-Purċissjoni Ewkaristika, li se tgħaddi mit-toroq San Trofimu; San Ġwann Battista; Rudolfu; fejn issir waqfa u tingħata l-Barka fil-parapett t’ Imperial Home u nkomplu l-Purċissjoni fi Triq Santa Marija u Triq San Trofimu sal-Knisja.
Nagħmlu appell biex min jista` jingħaqad magħna.

5. Il-Ġimgħa nkomplu biż-żjajjar tal-Familji tal-Parroċċa.
Fis-7.00pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Fis-7.30pm il-Legion of Mary se jmexxi r-Rużarju fi Pjazza Sant’ Anna, x-Xatt.

6. Is-Sibt 1 u l-Ħadd 2 ta` Ġunju, l-Ewwel Ħadd tax-Xahar, nagħmlu l-Ġabra Speċjali b’risq il-
Manutenzjoni li se tkompli fuq is-Saqaf Prinċipali tas-Santwarju bi spiża ta` €28,320.
Inħeġġu u napprezzaw kull donazzjoni u l-offerta ġeneruża fil-ġbir.

7. Infakkrukom tibbukkjaw mingħand Margaret Cini u Cecilia Simiana, T-Shirts għat-tfal bejn
il-5 u l-15 il-sena li se jingħataw b’xejn għall-Festa Tfal, il-Ħadd 30 ta` Ġunju fl-Attivita` li se
ssir bejn id-9.00am u 12.30pm fl-okkażżjoni tal-Festa tas-Sultana Tagħna.

8. L-Ewwel Ġabra li saret b’risq il-Festa, il-weekend li għadda kienet €1,065. Il-Kummissjini
Festi li hi responsabbli mill-ġbir u l-ħlasijiet taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Festa jirringrazzjawkom
tal-ġenerożita`.

9. Matul din il-ġimgħa għadda għall-Ħajja ta` Dejjem Karmenu Borg. Agħtih Mulej …

 

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433