1. Il-Quddies kollu tax-xaħar ta’ Novembru : Fis-6.00pm ikun Gregorjan offrut lil Egħżież Mejtin li ktibtu fl-envelopes li jinsabu f’riġlejn l-Artal.
• L-envelopes għadhom ‘available’ taħt il-pulptu.

2. Infakkar lill-Ġenituri : Li għadhom ma’ ġabrux il-Kotba tal-Katekiżmu biex jiġbruhom nhar it-Tnejn ħin tal-Uffiċċju mill-Uffiċċju.
• Infakkar lill-Ġenituri biex jikkomunikaw mal-Katekisti li rċevew il-lezzjoni biex niżguraw li kulħadd qiegħed jintlaħaq.

3. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju / Kunvent : Tavża li s-somma miġbura s’issa b’risq il-Lift tas-Santwarju u l-Kunvent, hija ta’ 11,145 Ewro. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Kappillan jew jinxteħtu fil-kaxxa ta’ ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’. Kull għajnuna, żgħira kemm hi żgħira tiġi apprezzata ħafna.

4. Nhar is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Novembru : Jum is-Sejħa Franġiskana fil-Knisja tagħna. Se jkollna l-Animatur tal-Vokazzjonijiet u xi Żgħażagħ li jibdew jagħmlu esperjenza magħna. Il-Ġabra tkun għal ħidma Vokazzjonali.
• Ikunu wkoll fostna l-Ħamis li ġej u jmexxu l-Adorazzjoni fil-5.30pm u jgħaddu l-lejla mal-fraternita’ tagħna.

5. Kors ta’ Kana mmexxi minn Francis u Anne Cuschieri : Jibda l-Ħamis 7 ta’ Jannar 2021 fis-7.30pm. Min hu interessat, jimla l-formoli l-Uffiċċju Parrokkjali.

6. Il-Kummissjoni Festa tavża :
• Fuq iz-Zuntier qed isir il- Bejgħ tal-Ġewż, Lewż, Qastan u Tin, u l-Borża ta’ San Martin. Illejla s-Sibt 7 ta’ Novembru u l-Ħadd 8 ta’ Novembru filgħodu.
• Bazaar il-Każin Banda Sliema, is-Sibt 14 ta’ Novembru : 5.00pm – 7.30pm. U l-Ħadd 15 ta’ Novembru, 8.00am – 1.00pm u 4.00pm – 8.00pm ser ikun hemm ħafna affarijiet għal bejgħ bi prezzijiet irħas.
• F’dawn iż-żewġ attivitajiet, ser ikunu qedin jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa relatati mal-Covid-19.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan

Mob:  7953 7719.