Inħarsu l-Liġi tal-Mulej
1. Il-Ħamis 26 ta’ Awwissu :
6.00pm Adorazzjoni komunitarja b’temi attwali.
2. Il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.
Il-Patrijiet iżuru lill-anzjani u l-morda fi djarhom għall-Qrar u t-Tqarbin.
3. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni, Santwarju/Kunvent : B’sodisfazzjon tħabbar li ħallset is-somma kollha marbuta max-xiri tal-LIFT, li tammonta għal €28,937.62. Grazzi lill-Benefatturi kollha. Bħalissa qed tiġbor il-fondi biex tiksi l-Apside minn barra bil-‘Membrane’ biex tiġi protetta mill-elementi, speċjalment mix-xita.
Nirringrazzjawkom mill-ġenereżita’.
4. Il-Programm tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni : Tal-Istatwa tas-Sultana Tagħna jibda mit-22 u jintemm fid-29 ta’ Settembru.
Matul dik il-ġimgħa se jkollna fostna il-Bastun ta’ San Ġużepp Inkurunat.
5. Il-Kor Madonna tas-Sacro Cuor beda r-rehearsals :
Nitolbu iżjed membri ġenerużi.
Bħalissa qed jiltaqgħu għal provi tal-kant it-Tnejn u l-Erbgħa fis-7.00pm.
6. Katekiżmu tat-Tfal għas-Sena 2021 – 2022 :
F’Settembru nagħtukom id-dati tar-Reġistrazzjoni.
7. Il-Kummissjoni Festi : Qed torganizza ġurnata għal Għawdex nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru. Tluq mis-Savoy fit-7.45am u lura mall-Vapur tal-5.00pm. Aktar dettalji jinsabu fin-Notice Board tal-Knisja. Bookings fuq 9969 7909. Grazzi.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.